Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 5 ta' Frar 2018 - StrasburguVerżjoni finali

17. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Frar 2018 (PE 617.443/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Bi qbil mal-gruppi politiċi, ir-rapport dwar l-abbożż ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Portugall (A8-0017/2018) ġie miżjud mal-votazzjonijiet ta' nhar l-Erbgħa.

Talba tal-Grupp ENF biex il-votazzjoni dwar ir-rapport dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (A8-0007/2018) (punt 32 tal-PDOJ) tiġi posposta għal nhar il-Ħamis 8 ta' Frar jew għall-1 ta' Marzu 2018.

Interventi ta': Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba, u Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018Avviż legali