Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 1 ta' Marzu 2018 - BrussellVerżjoni finali

8.1. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (biex jieħu post Ryszard Czarnecki)
CRE

Il-President ħabbar li rċieva n-nomini ta' Indrek Tarand u Zdzisław Krasnodębski (2018/2578(RSO))

Il-kandidati infurmaw li huma aċċettaw in-nomini rispettivi tagħhom.

Il-President iddeċieda li jipproċedi għall-votazzjoni sigrieta permezz ta' votazzjoni elettronika.

Il-votazzjoni saret.

Il-President qara r-riżultat tal-votazzjoni:

Numru tal-votanti:   631

Voti mitfugħa:   469

Voti vojta:    162

Maġġoranza assoluta:   235

Kisbu:

Indrek Tarand:   193

Zdzisław Krasnodębski:    276

(Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 1.3.2018).)

Il-President ipproklama lil Zdzisław Krasnodębski Viċi President tal-Parlament Ewropew u feraħlu għall-elezzjoni tiegħu.

Skont l-Artikolu 20(1), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-ordni ta' preċedenza, huwa ħa l-post tal-Viċi President uxxenti Ryszard Czarnecki.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2018Avviż legali