Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 16 ta' April 2018 - StrasburguVerżjoni finali

19. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' April 2018 (PE 619.992/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp PPE biex idaħħal fil-ħin tal-votazzjonijiet il-proposta għal riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Moldova (le débat a eu lieu le 3 octobre 2017) (punt 9 tal-Minuti ta' 3.10.2017).

Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba, u Knut Fleckenstein, kontra t-talba.

B'VE (96 favur, 170 kontra, 11 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp ENF biex iżid, bħala l-ewwel punt tal-aġenda, dibattitu dwar ir-rapport Paul Rübig dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019.

Interventi ta': Stanisław Żółtek f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba, u Paul Rübig, kontra t-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (38 favur, 225 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali