Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 17 ta' April 2018 - StrasburguVerżjoni finali

12. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Taljani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Giuseppe Ferrandino, Danilo Oscar Lancini u Giancarlo Scotta li ssostitwew lil Gianni Pittella, Matteo Salvini u Lorenzo Fontana, rispettivament, bħala Membri tal-Parlament, b'effett mis-17 ta' April 2018.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Giuseppe Ferrandino, Danilo Oscar Lancini u Giancarlo Scotta jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ottubru 2018Avviż legali