Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2018 - BrussellVerżjoni finali

19. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Mejju I 2018 (PE 621.577/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Talba mill-Grupp PPE biex, wara r-rapport ta' Marco Valli (A8-0139/2018), tiddaħħal bħala t-tielet punt fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-"Elezzjonijiet presidenzjali fil-Venezwela" u sabiex id-dibattitut jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni. Il-votazzjoni ssir il-Ħamis.

Interventi ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, Javier Couso Permuy, li oppona t-talba, Ska Keller li opponiet it-talba abbażi tal-Artikolu 156 tar-Regoli ta' Proċedura, Esteban González Pons biex jipproponi li t-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni jiġi sostitwit b'dikjarazzjoni mill-President f'isem l-Assemblea, proposta li Ska Keller opponiet.

Il-Parlament approva t-talba inizjali tal-Grupp PPE permezz ta' votazzjoni elettronika (214 favur, 125 kontra, 16-il astensjoni).

Intervent ta': Javier Couso Permuy dwar il-proċedura (Il-President iċċara xi punti).

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex fl-aġenda, wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-"Reati ta' stalking u protezzjoni tal-vittmi fl-UE" (punt 41 tal-PDOJ), tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni fi Spanja tal-istandards internazzjonali dwar id-definizzjoni tal-vjolenza sesswali fid-dawl tal-każ riċenti "La Manada".

Interventi ta': Tania González Peñas f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Rosa Estaràs Ferragut, li opponiet it-talba.

Il-Parlament approva t-talba b'votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (188 favur, 136 kontra, 20 astensjoni).

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dazji tad-dwana imposti mill-Istati Uniti fis-settur tal-azzar u tal-aluminju. Id-dibattitu mhux se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta': Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, u Christofer Fjellner, li oppona t-talba.

Il-Parlament ċaħad it-talba b'votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (167 favur, 175 kontra, 10 astensjonijiet).

Il-Ħamis

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: “Pitrava ħelwa ġenetikament modifikata H7-1" ġiet miżjuda fil-votazzjoni tal-Ħamis.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ottubru 2018Avviż legali