L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Mejju II 2018 (PE 621.808/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Il-President għarraf li l-Konferenza tal-Presidenti approvat it-talba tal-Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu (TERR) biex testendi b'xahrejn il-validità tal-mandat tiegħu.
Din l-estensjoni hija neċessarja biex tippermetti lill-Kumitat TERR jattwa l-mandat tiegħu.
Din id-deċiżjoni se titniżżel fil-ħin tal-votazzjonijiet ta' nhar it-Tlieta u se titqies adottata jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni.
Talba mill-Grupp PPE biex tkun posposta l-votazzjoni dwar ir-rapport Pavel Svoboda, Richard Corbett (A8-0170/2018) bit-titolu “L-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet” (punt 20 tal-PDOJ) għal nhar l-Erbgħa.
Intervent ta': Pavel Svoboda f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Talba mill-Grupp Verts/ALE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tariffi imposti mill-Istati Uniti fis-settur tal-azzar u tal-aluminju u r-reazzjoni tal-UE (punt 78 tal-PDOJ) bil-preżentazzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni, li jittieħed vot fuqha nhar il-Ħamis.
Interventi ta': Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, u Alessia Maria Mosca kontra t-talba.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex jiżdiedu bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni u ta' żamma tal-pjan ta' azzjoni globali komuni (mingħajr riżoluzzjoni).
Interventi ta': Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Victor Boştinaru kontra t-talba.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex tiżdied bħala l-ħames punt ta' waranofsinhar mistoqsija orali lill-Kunsill dwar it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari.
Intervent ta': João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex jiżdiedu bħala t-tieni punt ta' waranofsinhar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "L-użu eċċessiv tal-forza fil-konfront tar-rifuġjati u tal-migranti, il-każ Mawda".
Interventi ta': Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Tomáš Zdechovský kontra t-talba.
Talba mill-Grupp S&D biex tiżdied bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar "Estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu I tar-Regolament Brussell IIa biex jinkludi s-sħubijiet irreġistrati (riformulazzjoni)" (mingħajr riżoluzzjoni).
Intervent ta': Evelyne Gebhardt f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba.
Talba mill-Grupp PPE biex jiżdied bħala t-tieni punt ta' waranofsinhar ir-rapport Elisabetta Gardini (A8-0180/2018) bit-titolu "Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili".
Intervent ta': Elisabetta Gardini f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
° ° ° °
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
Intervent ta': Edouard Martin, dwar l-azzjoni meħuda wara l-adozzjoni, fis-26 ta' Ottubru 2017, tar-riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (punt 10 tal-Minuti ta' 26.10.2017) (il-President aċċerta li l-Bureau u l-Kumitat Konsultattiv se jkomplu jaħdmu skont is-sens mixtieq mill-Assemblea).