Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 - Strasburgu

3. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (approvazzjoni) ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura))

Il-President ħabbar li rċieva talbiet għal votazzjoni mill-Grupp Verts/ALE kif ukoll minn numru ta' membri dwar id-deċiżjoni li jinbdew negozjati:

—   Kumitat TRAN, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva96/71/KE u d-Direttiva2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD)). Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0206/2018);

—   Kumitat TRAN, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi (COM(2017)0277 - C8-0167/2017 -2017/0122(COD)). Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0205/2018);

—   Kumitat TRAN, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur (COM(2017)0281 – C8-0169/2017 – 2017/0123(COD)). Rapporteur: Ismail Ertug (A8-0204/2018).

Il-votazzjoni se ssir l-għada skont l-Artikolu 69c(2), tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba min-naħa ta' numru ta' membri jew minn diversi gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju rigward id-deċiżjonijiet l-oħra li jinbdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 11 ta' Ġunju 2018 (punt 7 tal-Minuti tal-11.6.2018).

Il-Kumitati TRAN, INTA u IMCO setgħu għalhekk jibdew in-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 69c(2), tar-Regoli ta' Proċedura.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza