Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 - Strasburgu

8. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


8.1. Kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew [00007/2018 - C8-0216/2018 - 2017/0900(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteurs: Danuta Maria Hübner u Pedro Silva Pereira (A8-0207/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2018)0249)

Interventi

Wara l-votazzjoni, Danuta Maria Hübner u Pedro Silva Pereira (rapporteurs).


8.2. Proċedimenti ta' insolvenza: annessi aġġornati għar-Regolament ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-Anness A għar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza [COM(2017)0422 - C8-0238/2017 - 2017/0189(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0174/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2018)0250)


8.3. Ftehim bejn l-UE u l-Iżlanda dwar regoli supplementari għall-fruntieri esterni u l-viża għall-perjodu mill-2014 sal-2020 *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-UE u l-Iżlanda dwar regoli supplementari b'rabta mal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu mill-2014 sal-2020 [09228/2017 - C8-0101/2018 - 2017/0088(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Anders Primdahl Vistisen (A8-0196/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2018)0251)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


8.4. Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplimentari għall-fruntieri esterni u l-viża għall-perjodu mill-2014 sal-2020 *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu mill-2014 sal-2020 [06222/2018 - C8-0119/2018 - 2018/0032(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claude Moraes (A8-0195/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2018)0252)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


8.5. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija [15820/2017 - C8-0017/2018 - 2018/0802(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Monica Macovei (A8-0192/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2018)0253)


8.6. Il-politika ta' koeżjoni u l-ekonomija ċirkolari (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni u l-ekonomija ċirkolari [2017/2211(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Davor Škrlec (A8-0184/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2018)0254)


8.7. Assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna [COM(2018)0127 - C8-0108/2018 - 2018/0058(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0183/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA-PROV(2018)0255)

Interventi

William (The Earl of) Dartmouth ippreżenta emenda orali bil-ħsieb li jżid premessa ġdida wara l-premessa 18. Peress li iktar minn 40 Membru opponew il-kunsiderazzjoni ta' din l-emenda orali, din ma ġietx aċċettata.


8.8. Negozjati dwar il-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì (votazzjoni)

Rapport fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward in-negozjati dwar il-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì [2018/2018(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Charles Tannock (A8-0158/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2018)0256)


8.9. Relazzjonijiet UE-NATO (votazzjoni)

Rapport dwar ir-relazzjonijiet UE-NATO [2017/2276(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ioan Mircea Paşcu (A8-0188/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2018)0257)


8.10. Ċiberdifiża (votazzjoni)

Rapport dwar iċ-ċiberdifiża [2018/2004(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Urmas Paet (A8-0189/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2018)0258)

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Settembru 2018Avviż legali