Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2018 - Strasburgu

12. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Romeo Franz minflok Jan Philipp Albrecht bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 3 ta' Lulju 2018.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Romeo Franz jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Mejju 2019Avviż legali