Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 - StrasburguVerżjoni finali

6. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


6.1. Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali: pakkett finanzjarju u objettiv ġenerali ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu [COM(2017)0825 - C8-0433/2017- 2017/0334(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0227/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0281)

Intervent ta' Ruža Tomašić, wara l-votazzjoni, biex titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


6.2. Riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-tal-Kunsill li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 [09425/2018 - C8-0276/2018 - 2015/0907(APP)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteurs: Jo Leinen u Danuta Maria Hübner (A8-0248/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0282)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill.


6.3. Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, il-KEEA u l-Armenja *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra [12543/2017 - C8-0422/2017 - 2017/0238(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: László Tőkés (A8-0177/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0283)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


6.4. Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, il-KEEA u l-Armenja (riżoluzzjoni) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra [2017/2269(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: László Tőkés (A8-0179/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0284)


6.5. Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni UE-Iraq *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra [10209/1/2012 - C8-0038/2018 - 2010/0310(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Tokia Saïfi (A8-0222/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0285)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


6.6. Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq (riżoluzzjoni) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjon ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra [2010/0310M(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Tokia Saïfi (A8-0224/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0286)


6.7. Ftehim UE-New Zealand fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet (adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea [10670/2017 - C8-0121/2018 - 2017/0137(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A8-0220/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0287)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


6.8. L-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew: sistemi tal-ikklerjar u ta' ħlas ***I (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew [10850/2017 - C8-0228/2017 - 2017/0810(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteurs: Gabriel Mato u Danuta Maria Hübner (A8-0219/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0288)

Intervent ta' Gabriel Mato, wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


6.9. Tassazzjoni fuq il-vetturi: ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi [COM(2017)0276 - C8-0196/2017 - 2017/0115(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Deirdre Clune (A8-0200/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0289)


6.10. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2017 (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2017 [09325/2018 - C8-0277/2018 - 2018/2057(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0209/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0290)


6.11. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018: Estensjoni tal-Faċilità tar-refuġjati fit-Turkija (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III - Il-Kummissjoni: Estensjoni tal-Faċilità tar-refuġjati fit-Turkija [09713/2018 - C8-0302/2018 - 2018/2072(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0246/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0291)


6.12. Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment rigward proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni, fir-rigward tal-Iran

Mozzjoni għal riżoluzzjoni, imressqa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Jonathan Bullock f'isem il-Grupp EFDD, dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) .../... tas-6 ta' Ġunju 2018 li jemenda l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-Iran (C(2018)03730 ; 2018/2758(DEA)) (B8-0313/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut


6.13. Lejn strateġija esterna tal-UE kontra ż-żwiġijiet prekoċi u furzati (votazzjoni)

Rapport Lejn strateġija esterna tal-UE kontra ż-żwiġijiet prekoċi u furzati - il-passi li jmiss [2017/2275(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Charles Goerens (A8-0187/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0292)


6.14. Id-definizzjoni ta' SMEs (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0304/2018

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0293)


6.15. Negozjati dwar il-Ftehim Komprensiv UE-Ażerbajġan (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar in-negozjati dwar il-Ftehim Komprensiv UE-Ażerbajġan [2017/2056(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0185/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA GĦAL RAKKOMANDAZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0294)

(Kumplament tal-votazzjoni: ara punt 9 tal-Minuti ta' 4.7.2018)

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma bdiet is-seduta solenni: 12.01.)

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Novembru 2018Avviż legali