Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha fakkar it-traġedji li laqtu lill-pajjiżi Ewropej matul is-sajf li għadda u li ħallew bosta vittmi, b'mod partikolari n-nirien fil-Greċja u fl-Iżvezja, l-isfrondament tal-pont Morandi f'Ġenova u t-tifwir tax-xmajra Raganello fir-reġjun tal-Kalabrija. Huwa esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi.