Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 10 ta' Settembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

10. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat LIBE bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika P8_TA(2017)0411(COR01) għar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011(ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20.) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament ta' hawn fuq P8_TA(2017)0411 - (COM(2016)0194 – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD) - Kumitat LIBE)

Skont l-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata, ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali