Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— (O-000063/2018) imressqa minn Lukas Mandl, Christel Schaldemose, Mark Demesmaeker, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Davor Škrlec, Piernicola Pedicini u Joëlle Mélin, f'isem il- Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Alternattivi li jindirizzaw l-interazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (B8-0036/2018)
— (O-000064/2018) imressqa minn Lukas Mandl, Christel Schaldemose, Mark Demesmaeker, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Davor Škrlec, Piernicola Pedicini u Joëlle Mélin, f'isem il- Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Alternattivi li jindirizzaw l-interazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (B8-0037/2018).