Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 10 ta' Settembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

15. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għal ċerti esteri tas-sorbitan (E 491 Monostearat tas-sorbitan, E492 Tristearat tas-sorbitan u E495 Monopalmitat tas-sorbitan) (D055959/03 – 2018/2788(RPS) - skadenza: 5 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: Kumitat ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward il-Kuċċinilja, l-aċidu Karminiku, il-Karmini (E 120) (D056133/02 – 2018/2789(RPS) - skadenza: 5 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: Kumitat ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu taċ-ċelluloża idrossipropilika b'sostituzzjoni baxxa (L-HPC) fis-supplimenti alimentari (D056136/03 – 2018/2794(RPS) - skadenza: 6 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: Kumitat ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (D049821/02 - 2018/2801(RPS) - skadenza: 7 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-gallat tal-ottil (E 311) u tal-gallat tad-dodeċil (E 312) (D055962/02 - 2018/2823(RPS) - skadenza: 18 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategorija tal-ikel 17 u l-użu tal-addittivi tal-ikel fis-supplimenti tal-ikel (D056202/02 - 2018/2826(RPS) - skadenza: 18 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 għall-fini tat-titjib tat-testijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għal vetturi ħfief għall-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali, inklużi dawk it-testijiet u l-proċeduri għall-konformità fis-servizz u l-emissjonijiet f'sewqan reali u li jintroduċi mezzi għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija elettrika (D056279/03 - 2018/2799(RPS) - skadenza: 7 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
opinjoni: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni għas-sena ta' referenza 2019 (D056425/01 - 2018/2803(RPS) - skadenza: 10 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament tal-Kummissjoni li japprova emenda fl-iskeda informattiva ta' indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża rreġistrata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li wasslet għall-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tagħha "Ron de Guatemala" (IĠ) (D056624/02 - 2018/2796(RPS) - skadenza: 7 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjonijiet 2012/481/UE, 2014/391/UE, 2014/763/UE u 2014/893/UE fir-rigward tal-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom (D056671/02 - 2018/2795(RPS) - skadenza: 7 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (D056880/02 - 2018/2824(RPS) - skadenza: 18 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kafeina u tat-teobromina (D056881/03 - 2018/2825(RPS) - skadenza: 18 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D056934/01 - 2018/2822(RPS) - skadenza: 17 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D056938/01 - 2018/2821(RPS) - skadenza: 17 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (D057036/02 - 2018/2827(RPS) - skadenza: 18 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D057068/01 - 2018/2802(RPS) - skadenza: 10 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-abamektina, għall-metil tal-aċibenzolar-S, għall-klopiralid, għall-emamektina, għall-feneżammid, għall-fenpirażamina, għall-fluważifop-P, għall-isofetammid, għall-Pasteuria nishizawae Pn1, għat-Talk E553B u għat-tebukonażol f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057182/02 - 2018/2830(RPS) - skadenza: 26 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għad-difenilammina u għall-oksadiksil f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057183/02 - 2018/2831(RPS) - skadenza: 26 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-penoxsulam, għat-triflumizole u għat-triflumuron f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057184/02 - 2018/2829(RPS) - skadenza: 26 ta' Settembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-bis(2-etileksil) ftalat (DEHP), tal-ftalat tad-dibutil (DBP), tal-benżil-butil-ftalat (BBP) u tal-ftalat tad-diisobutil (DIBP) (D057230/02 - 2018/2828(RPS) - skadenza: 26 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, u li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Annessi II, IV, V u VI ta' dak ir-Regolament (D057240/02 - 2018/2837(RPS) - skadenza: 23 ta' Novembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament tal-Kummissjoni li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 "Карнобатска гроздова ракия" / "Гроздова ракия от Карнобат" / "Karnobatska grozdova rakya" / "Grozdova rakya ot Karnobat" (IĠ) (D057667/01 - 2018/2832(RPS) - skadenza: 26 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 "Гроздова ракия от Търговище /Grozdova rakya ot Targovishte" (IĠ) (D057668/01 - 2018/2834(RPS) - skadenza: 26 ta' Ottubru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali