Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 11 ta' Settembru 2018 - Strasburgu

17. Avviż mill-Presidenza

F'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċeduri, il-President iddeċieda li jimponi sanzjonijiet fuq Georges Bach, Guillaume Balas, José Bové, Edouard Martin, Claude Rolin, Maria Arena u Isabelle Thomas talli wettqu azzjonijiet bħala grupp waqt is-seduta plenarja tat-3 ta' Lulju 2018 (punt 2 u punt 4 tal-Minuti ta' 3.7.2018) li sfrattaw serjament ix-xogħol tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regoli ta' Proċedura. Il-kondotta tagħhom ikkawżat interruzzjoni li d-durata tagħha matul is-seduta plenarja kienet waħda traskurabbli.

Fil-konfront ta' Georges Bach, Guillaume Balas, José Bové, Claude Rolin, Maria Arena u Isabelle Thomas, is-sanzjoni tikkonsisti l-ewwel nett fit-it-telf tad-dritt għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu ta' ħamest ijiem u, it-tieni nett, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fil-plenarja, fis-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu għal perjodu ta' ħamest ijiem konsekuttivi ta' laqgħat tal-Parlament jew ta' kwalunkwe wieħed mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu, b'effett mill-11 ta' Settembru 2018.

Fil-każ ta' Edouard Martin, minħabba s-serjetà tal-azzjoni tiegħu fir-rigward tal-azzjonijiet tal-Membri l-oħra kkonċernati, is-sanzjoni tikkonsisti l-ewwel nett fit-it-telf tad-dritt għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu ta' tmint ijiem, it-tieni nett, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fil-plenarja, fis-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu, għal perjodu ta' tmint ijiem konsekuttivi ta' laqgħat tal-Parlament jew ta' kwalunkwe wieħed mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu, b'effett mill-11 ta’ Settembru 2018.

Id-deċiżjoni ġiet nnotifikata lill-Membri kkonċernati, u jistgħu jressqu appell intern kontra din id-deċiżjoni lill-Bureau f'konformità mal-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċudura tal-Parlament.

Maria Arena, Isabelle Thomas, Georges Bach, Guillaume Balas u Edouard Martin ressqu appell skont l-Artikolu msemmi hawn fuq, l-applikazzjoni tas-sanzjoni fil-konfront tagħhom hija sospiża sa meta l-Bureau jieħu azzjni fir-rigward tagħha.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza