Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

6. Avviżi mill-Presidenza
CRE

Il-President ħabbar l-avviżi li ġejjin:

"Nixtieq ngħarrafkom li llum, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet li l-Parlament Ewropew jista’ jeżerċita parti mis-setgħat baġitarji tiegħu fi Brussell minflok fi Strasburgu jekk ċerti esiġenzi tal-funzjonament xieraq tal-proċedura baġitarja jkunu jeħtiġuh. B’konsegwenza ta’ dan, il-Qorti rrikonoxxiet li l-Parlament Ewropew kien intitolat li jadotta l-baġit annwali tal-Unjoni għall-2017, fit-tieni qari, fi Brussell."

°
° ° °

"Fl-10 ta’ Settembru 2018, imponejt sanzjonijiet fuq Georges Bach, Guillaume Balas, José Bové, Edouard Martin, Claude Rolin, Maria Arena u Isabelle Thomas għall-azzjonijiet tagħhom matul is-sessjoni plenarja tal-3 ta’ Lulju 2018 li fixklu l-ħidma tal-Parlament b'mod serju u pprovokaw interuzzjoni fis-sessjoni plenarja.

Fil-11 ta' Settembru 2018, Maria Arena, George Bach, Guillaume Balas, Edouard Martin u Isabelle Thomas appellaw din id-deċiżjoni.

Fil-laqgħa tiegħu lbieraħ, il-Bureau eżamina dawn l-appelli u kkonferma d-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni li jikkonsistu, fir-rigward ta' Georges Bach, Guillaume Balas, Maria Arena et Isabelle Thomas, fit-telf tal-intitolament għall-allowance għas-sussistenza għal ħamest ijiem u, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fis-sessjoni plenarja, għal sospensjoni mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u l-korpi tiegħu għal perjodu ta’ ħamest ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqa’ l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-korpi, il-kumitati jew id-delegazzjonijiet tiegħu u, fir-rigward ta' Edoaurd Martin, fit-telf tal-intitolament għall-allowance għas-sussistenza għal tmint ijiem u, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fis-sessjoni plenarja, għal sospensjoni mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u l-korpi tiegħu għal perjodu ta’ tmint ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqa’ l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-korpi, il-kumitati jew id-delegazzjonijiet tiegħu. Dawn il-penali, li kienu ġew sospiżi fil-mument tat-tressiq tal-appelli, jerġgħu jibdew japplikaw mil-lum."

°
° ° °

"Wara l-konklużjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv rigward il-fastidju mogħti lil xi assistenti parlamentari akkreditati minn Membri tal-Parlament Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Membri kkonċernati, iddeċidejt li nimponi sanzjoni kontra Giulia Moi, skont l-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura, minħabba l-imġiba tagħha fir-rigward tal-assistenti parlamentari akkreditati tagħha, li tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku. Is-sanzjoni tikkonsisti mit-telf tad-dritt għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu ta' 12-il ġurnata. Id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata llum lill-Membru kkonċernat, u hija tista’ tressaq appell intern lill-Bureau kontra din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 167 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament. Dan l-appell għandu jkollu l-effett li jissospendi l-applikazzjoni ta' dik is-sanzjoni."

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta': Bruno Gollnisch (il-President għamel xi preċiżjonijiet), Eleonora Forenza, Udo Bullmann, Edouard Martin u Cécile Kashetu Kyenge.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali