Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 22 ta' Ottubru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
CRE

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat AGRI, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD)). Rapporteur: Paolo De Castro (A8-0309/2018)

- Kumitat TRAN, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD)). Rapporteure: Gesine Meissner (A8-0326/2018)

- Kumitat IMCO, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2018)0289 – C8-0183/2018 – 2018/0142(COD)). Rapporteur: Nicola Danti (A8-0318/2018)

- Kumitat IMCO, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta’ mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085 – C8-0097/2018 – 2018/0040(COD). Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0342/2018)

- Kumitat INTA, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (COM(2018)0206 – C8-0158/2018 – 2018/0101(COD)). Rapporteur: Christofer Fjellner (A8-0330/2018)

- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda r-[Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac]], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0480 – C8-0293/2018 – 2017/0352(COD)). Rapporteur: Nuno Melo (A8-0348/2018)

- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ETIAS], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntiera] u r-Regolament (UE) Nru 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0478 – C8-0294/2018 – 2017/0351(COD)). Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0347/2018)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta 23 ta' Ottubru 2018, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

°
° ° °

Interventi ta': Terry Reintke, Soraya Post, Lola Sánchez Caldentey dwar il-kwistjoni tal-fastidju sesswali fl-Unjoni Ewropea inkluż fi ħdan il-Parlament Ewropew (il-President iċċara xi punti dwar l-inizjattivi adottati) u Elisabeth Morin-Chartier dwar il-ħidma tal-Kumitat Konsultattiva dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Awwissu 2019Avviż legali