Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

11. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


11.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois [2018/2075(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0349/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0401)

Interventi

Nicolas Bay, qabel il-votazzjoni (il-President iċċara xi punti).


11.2. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel [2018/2076(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0350/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0402)


11.3. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos [2018/2041(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0351/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0403)


11.4. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 – it-taqsimiet kollha (votazzjoni)

— Abbozz ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 fir-rigward tal-Kummissjoni;

— Abbozz ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X d tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti t al-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi jridu jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri tal-Parlament Ewropew

(L-abbozzi ta' proġetti adottati jinsabu f'Anness mat-“Testi adottati”.)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

Interventi qabel il-votazzjoni:

Daniele Viotti (rapporteur) ippropona l-emendi tekniċi li ġejjin, bi qbil mal-votazzjoni fil-Kumitat BUDG:

Ċifri:

Linja baġitarja 19 02 01 “Rispons għal kriżi u kriżijiet emerġenti” (emenda 1689): l-impenji se jiġu aġġustati għal EUR 269 810 177;

Linja baġitarja 13 08 02 “Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita mill-intestatura 2 (FAEŻR)” (emenda 1658): l-impenji u l-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 48 653 000 u EUR 25 888 246, rispettivament;

Linja baġitarja 32 02 10 “L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)” (emenda 1816): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 18 807 975;

Linja baġitarja 33 04 77 06 “Proġett pilota – Limitazzjoni tal-kwalità doppja u t-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi fl-UE” (emenda 1753): l-impenji se jiġu aġġustati għal EUR 1 260 000.

Kummenti:

Linja baġitarja 21 02 07 03 “L-iżvilupp tal-bniedem”: l-emenda 1700 se tiġi kkoreġuta sabiex il-kummenti jikkorrispondu għar-riżultat tal-votazzjoni fil-Kumitat BUDG.

Fl-aħħar nett, il-linja baġitarja 15 02 77 23 “Azzjoni preparatorja - Monitoraġġ u taħriġ, permezz tal-isport, ta' żgħażagħ f'riskju ta' radikalizzazzjoni” (emenda 1666) iċċaqilqet mill-intestatura 1(a) għall-intestatura 3.

Interventi wara l-votazzjoni:

Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) ħadet nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u qablet dwar il-konvokazzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni b'konformità mal-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Paul Rübig (rapporteur) dwar il-votazzjoni.


11.5. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2019 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)

Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 - it-taqsimiet kollha [11737/2018 - C8-0410/2018 - 2018/2046(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Daniele Viotti u Paul Rübig (A8-0313/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0404)


11.6. Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2017)0365 - C8-0249/2017 - 2017/2138(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Marco Valli (A8-0300/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0405)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0405)

Il-kwittanza ġiet rifjutata (ara l-anness IV, Artikolu 5(2)(b) tar-Regoli ta' Proċedura).


11.7. Kwittanza 2016: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (votazzjoni)

It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016 [COM(2017)0365 - C8-0288/2017 - 2017/2177(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bart Staes (A8-0299/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0406)

Il-kwittanza ġiet rifjutata (ara l-Anness IV, Artikolu 5(2)(b) tar-Regoli ta' Proċedura).

Interventi

Il-President ippropona modifika tal-paragrafu 4 tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni sabiex ikun konformi mal-votazzjoni fuq id-deċiżjoni dwar il-kwittanza. Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu.


11.8. Appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri [COM(2017)0826 - C8-0432/2017 - 2017/0336(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteurs: Lambert van Nistelrooij u Constanze Krehl (A8-0316/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut


11.9. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar it-tnedija fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika [11265/2018 - C8-0388/2018 - 2018/0808(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0344/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0407)

Interventi

Branislav Škripek (rapporteur), qabel il-votazzjoni.


11.10. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA [11282/2018 - C8-0389/2018 - 2018/0809(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0343/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0408)


11.11. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar it-tnedija fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika [11284/2018 - C8-0390/2018 - 2018/0810(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0345/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0409)


11.12. It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent [COM(2018)0340 - C8-0218/2018 - 2018/0172(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Frédérique Ries (A8-0317/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0410)

Intervent ta' Frédérique Ries (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


11.13. L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 [COM(2016)0882 - C8-0533/2016 - 2016/0408(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0347/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0411)


11.14. L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE [COM(2016)0883 - C8-0530/2016 - 2016/0409(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0349/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0412)


11.15. L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment [COM(2016)0881 - C8-0532/2016 - 2016/0407(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0348/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT u TAL-KUNSILL

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0413)


11.16. L-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku [COM(2018)0334 - C8-0269/2018 - 2018/0173(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Miguel Viegas (A8-0307/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0414)


11.17. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura: Tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0490/2018

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0415)


11.18. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura: Awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0491/2018

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0416)

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit ħin fl-istennija tal-ispjegazzjonijiet tal-vot.)

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Awwissu 2019Avviż legali