Indiċi 
Minuti
PDF 257kWORD 76k
It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Talba għat-tneħħija tal-immunità
 7.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Dokumenti mressqa
 12.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 13.Ordni tal-ħidma
 14.Effiċjenza fl-enerġija ***I - Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ***I - Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) ***I (dibattitu)
 15.Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I (dibattitu)
 16.Għargħar fl-Ewropa (dibattitu)
 17.Standards minimi għall-minoranzi fl-UE (preżentazzjoni qasira)
 18.Diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija (preżentazzjoni qasira)
 19.Għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni (preżentazzjoni qasira)
 20.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 22.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta il-Ħamis 25 ta' Ottubru 2018 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.07.


3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha fakkar il-parteċipazzjoni tiegħu, f'isem il-Parlament, fiċ-ċelebrazzjonijiet organizzati f'Pariġi fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-iffirmar tal-Armistizju, li temm l-Ewwel Gwerra Dinjija, ta ġieħ lis-17-il miljun ruħ li mietu f'dik il-gwerra, enfasizza l-importanza tal-proġett Ewropew biex jiddefendi l-ideali tal-paċi, il-libertà u l-prosperità, u fakkar fl-effetti tat-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija fuq l-eżistenza ta 'diversi stati Ewropej.

Il-President esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familjari tal-vittmi tal-għargħar li reċentement laqat diversi reġjuni fl-Italja; enfasizza l-għajnuna li l-Unjoni tista' tipprovdi permezz tal-Fond ta' Solidarjetà kif ukoll l-isforzi tal-Parlament biex l-għajnuna tingħata bl-aktar mod rapidu, u esprima t-tħassib tiegħu dwar il-proliferazzjoni ta' dawn l-avvenimenti meteoroloġiċi avversi, li huma konsegwenza tat-tibdil fil-klima fil-livell globali. Huwa fakkar li l-laqgħa tal-COP 24 se ssir f'Diċembru f'Katowice, il-Polonja, u li din tirrappreżenta opportunità biex titrawwenm tmexxija Ewropea fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Il-President laqa' l-ħelsien mill-akkuża mill-Qorti suprema tal-Pakistan u l-għoti tal-libertà lil Asia Bibi, li fl-2010 ġiet ikkundannata għall-mewt minħabba blasfemija, u kkonferma li jinsab f'kuntatt ma' Ján Figeľ, mibgħut speċjali għall-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin barra l-Unjoni Ewropea, u mal-awtoritajiet Pakistani biex jassisti l-iforzi biex jiġu żgurati l-libertà u s-sigurtà ta' Asia Bibi u l-familja tagħha.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Artis Pabriks ġie elett deputat fil-parlament nazzjonali tal-Latvja u Sander Loones inħatar Ministru tad-difiża u tal-funzjoni pubblika tal-Gvern Belġjan b'seħħ mis-6 u mit-12 ta' Novembru 2018, rispettivament.

Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(1) u (2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, dawn il-karigi huma inkompatibbli ma' dawk ta' Membru Parlamentari Ewropew u, bi qbil mal-Artikolu 3(2) u mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, jistabbilixxi s-siġġijiet vakanti tagħhom b'seħħ mis-6 u mit-12 ta' Novembru 2018, rispettivament.


6. Talba għat-tneħħija tal-immunità

L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde fl-ambitu ta' investigazzjoni ġudizzjarja mnedija mill-Qorti Ġenerali ta' Pariġi.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


7. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Emmanuel Maurel mhuwiex aktar Membru tal-Grupp S&D u b'seħħ mis-26 ta' Ottubru 2018 jagħmel parti mill-Membri mhux affiljati.

Sussegwentement Emmanuel Maurel aderixxa mal-Grupp GUE/NGL b'seħħ mis-6 ta' Novembru 2018.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Grupp PPE it-talba ta' ħatra li ġejja:

Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu: Heinz K. Becker

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):

—   Kumitat EMPL: rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD)). Rapporteur: Enrique Calvet Chambon (A8-0355/2018);

—   Kumitat ECON: rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341 (COM(2018)0354 – C8-0208/2014 – 2018/0179(COD)). Rapporteur: Paul Tang (A8-0363/2018);

—   Kumitat ECON: rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (COM(2018)0163 – C8-0129/2018 – 2018/0076(COD)). Rapporteur: Eva Maydell (A8-0360/2018);

—   Kumitat ECON: rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD)). Rapporteur: Caroline Nagtegaal (A8-0362/2018);

—   Kumitat ECON: rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD)). Rapporteur: Ashley Fox (A8-0364/2018);

—   Kumitat INTA: rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (COM(2018)0312 – C8-0202/2018 – 2018/0158(COD)). Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A8-0361/2018);

—   Kumitat IMCO: rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD)). Rapporteur: Marlene Mizzi (A8-0359/2018).

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, it-Tlieta 13 ta' Novembru 2018, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (00057/2018/LEX - C8-0477/2018 - 2018/0265(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (00040/2018/LEX - C8-0476/2018 - 2017/0328(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea (00039/2018/LEX - C8-0475/2018 - 2017/0326(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (00029/2018/LEX - C8-0472/2018 - 2017/0145(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (00037/2018/LEX - C8-0471/2018 - 2013/0256(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni) (00050/2018/LEX - C8-0470/2018 - 2018/0066(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (00053/2018/LEX - C8-0469/2018 - 2017/0228(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska (00038/2018/LEX - C8-0468/2018 - 2016/0412(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (00033/2018/LEX - C8-0467/2018 - 2016/0151(COD))

°
° ° °

Intervent ta': Jerzy Buzek li kkummenta dwar id-dikjarazzjoni tal-President dwar iċ-ċelebrazzjonijiet għaċ-ċentinarju ta' tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija.


11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2018)0708 - C8-0437/2018 - 2018/2245(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 - C8-0463/2018 - 2018/0256(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET, AGRI, PECH

- Emenda tal-Istatut tal-BEI (13166/2018 - C8-0464/2018 - 2018/0811(CNS))

irriferut

responsabbli :

AFCO

opinjoni :

BUDG, ECON

- Proposta għall-kariga ta’ President tal-Bord Superviżorju tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (N8-0120/2018 - C8-0466/2018 - 2018/0905(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 - C8-0139/2018 - 2018/0082(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Paolo De Castro (A8-0309/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2018)0289 - C8-0183/2018 - 2018/0142(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Nicola Danti (A8-0318/2018)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (2017/2282(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Andrejs Mamikins (A8-0320/2018)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova (2017/2281(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Petras Auštrevičius (A8-0322/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0033 - C8-0014/2018 - 2018/0012(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Gesine Meissner (A8-0326/2018)

- Rapport dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni (2018/2081(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Vincent Peillon (A8-0327/2018)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Viżi Umanitarji (2017/2270(INL)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0328/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (COM(2018)0206 - C8-0158/2018 - 2018/0101(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Christofer Fjellner (A8-0330/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar is-Serbja (SWD(2018)0152 - 2018/2146(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: David McAllister (A8-0331/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar il-Kosovo (SWD(2018)0156 - 2018/2149(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0332/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar l-Albanija (SWD(2018)0151 - 2018/2147(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Knut Fleckenstein (A8-0334/2018)

- Rapport dwar l-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2018/2157(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sabine Lösing (A8-0335/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni) (COM(2018)0144 - C8-0124/2018 - 2018/0070(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Julie Girling (A8-0336/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2017)0097 - C8-0095/2017 - 2017/0043(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0337/2018)

- Rapport dwar diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija (2018/2083(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Bogdan Brunon Wenta (A8-0338/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Riformulazzjoni) (COM(2017)0548 - C8-0324/2017 - 2017/0237(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Bogusław Liberadzki (A8-0340/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (SWD(2018)0154 - 2018/2145(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ivo Vajgl (A8-0341/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085 - C8-0097/2018 - 2018/0040(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0342/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (COM(2018)0137 - C8-0120/2018 - 2018/0065(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0346/2018)

- Rapport dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza bejn is-sessi mtejba (2018/2077(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Sirpa Pietikäinen (A8-0352/2018)

- Rapport dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE (2018/2036(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: József Nagy (A8-0353/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda (COM(2018)0284 - C8-0197/2018 - 2018/0143(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Bas Eickhout (A8-0354/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0797 - C8-0006/2018 - 2017/0355(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Enrique Calvet Chambon (A8-0355/2018)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja (COM(2018)0658 - C8-0416/2018 - 2018/2230(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Inese Vaidere (A8-0357/2018)

- Rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim (2018/0166R(APP)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Isabelle Thomas, Jan Olbrycht, Janusz Lewandowski, Gérard Deprez (A8-0358/2018)


12. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsija għal tweġiba orali b'dibattitu li ġejja ddaħħlet fl-aġenda (l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' proċedura):

—   (O-000088/2018) imressqa minn Alojz Peterle, Daciana Octavia Sârbu, Jadwiga Wiśniewska, Frédérique Ries, Merja Kyllönen, Michèle Rivasi, Mireille D'Ornano u Sylvie Goddyn, f'isem il- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, lill-Kummissjoni: Il-marda ta' Lyme (Borreljożi) (B8-0417/2018).


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Novembru I 2018 (PE 630.251/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

°
° ° °

Interventi ta': Ana Miranda, Sajjad Karim, José Blanco López, Notis Marias u Piernicola Pedicini (il-President iċċara xi punti).

°
° ° °

L-Erbgħa

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, Il-President ippropona l-modifika li ġejja:

- id-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Il-każ ta' Asia Bibi u s-sitwazzjoni tal-minoranzi reliġjużi fil-Pakistan" (punt 78 tal-PDOJ) ġiet posposta għal sessjoni oħra.

Il-Parlament approva l-proposta.

It-Tnejn

Talba tal-Grupp ECR biex jiddaħħlu bħala r-raba' punt fl-Aġenda dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Albanija: b'mod partikulari l-każ tal-ksur tad-drittijiet tal-Minoranza Etnika Griega ta' Epiru tat-Tramnuntana u l-qtil ta' Konstantinos Katsifas". Id-dibattitut se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se ssir votazzjoni dwarhom il-Ħamis.

Interventi ta': Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba, (il-President biex jitlob xi kjarifiki mingħand Notis Marias, li wieġbu), u Knut Fleckenstein f'isem il-Grupp S&D, kontra t-talba.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (48 favur, 208 kontra, 200 astensjoni), il-Parlament caħad it-talba.

It-Tlieta, Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President


14. Effiċjenza fl-enerġija ***I - Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ***I - Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija [COM(2016)0761 - C8-0498/2016 - 2016/0376(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Miroslav Poche (A8-0391/2017)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 [COM(2016)0759 - C8-0497/2016 - 2016/0375(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteurs: Michèle Rivasi u Jakop Dalunde (A8-0402/2017)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsil dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) [COM(2016)0767 - C8-0500/2016 - 2016/0382(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: José Blanco López (A8-0392/2017)

Id-dibattitu sar fid-data 15 ta' Jannar 2018 (punt 12 tal-Minuti ta' 15.1.2018).

Il-kwistjoni kienet ġiet irreferuta lura lill-kumitat kompetenti, bi qbil mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura, fis-17 ta' Jannar 2018 (punt 10.5 tal-Minuti ta' 17.1.2018, punt 10.6 tal-Minuti ta' 17.1.2018 u punt 10.4 tal-Minuti ta' 17.1.2018)

Miroslav Poche, Michèle Rivasi, Jakop Dalunde u José Blanco López ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Florent Marcellesi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Jytte Guteland (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Bas Eickhout (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Jan Huitema (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Marijana Petir (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Eleonora Evi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Markus Pieper f'isem il-Grupp PPE, Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, Anneleen Van Bossuyt f'isem il-Grupp ECR, Morten Helveg Petersen f'isem il-Grupp ALDE, Benedek Jávor f'isem il-Grupp Verts/ALE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dario Tamburrano f'isem il-Grupp EFDD, Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF, u Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Angélique Delahaye, Theresa Griffin, Evžen Tošenovský, Fredrick Federley, Yannick Jadot, Paloma López Bermejo, Julia Reid, Olaf Stuger, Lampros Fountoulis, Jerzy Buzek, Carlos Zorrinho, Jadwiga Wiśniewska, Pavel Telička, Lynn Boylan, Diane James, Bendt Bendtsen, Jo Leinen, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anneli Jäätteenmäki, Paul Rübig, Martina Werner, Ryszard Czarnecki, Gesine Meissner, Peter Liese, Flavio Zanonato, Jozo Radoš, Andrzej Grzyb, Adam Gierek, Lefteris Christoforou, Peter Kouroumbashev u Seán Kelly.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Nicola Caputo, Notis Marias, Franc Bogovič u Ruža Tomašić.

Interventi ta': Miguel Arias Cañete, Michèle Rivasi u Jakop Dalunde.

PRESIDENZA: Heidi HAUTALA
Viċi President

Intervent ta': José Blanco López.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.3 tal-Minuti ta' 13.11.2018, punt 4.4 tal-Minuti ta' 13.11.2018 u punt 4.5 tal-Minuti ta' 13.11.2018.


15. Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I (dibattitu)

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet [COM(2017)0097 - C8-0095/2017 - 2017/0043(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0337/2018)

Ruža Tomašić ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Elisabetta Gardini f'isem il-Grupp PPE, Nicola Caputo f'isem il-Grupp S&D, Czesław Hoc f'isem il-Grupp ECR, Norica Nicolai f'isem il-Grupp ALDE, Marco Affronte f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, Jarosław Wałęsa, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Mireille D'Ornano, Werner Kuhn u Isabelle Thomas.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly u Igor Šoltes.

Interventi ta': Karmenu Vella u Ruža Tomašić.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.6 tal-Minuti ta' 13.11.2018.


16. Għargħar fl-Ewropa (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Għargħar fl-Ewropa (2018/2928(RSP))

Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Herbert Dorfmann f'isem il-Grupp PPE, Michela Giuffrida f'isem il-Grupp S&D, Remo Sernagiotto f'isem il-Grupp ECR, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp ENF, u Konstantinos Papadakis Membru mhux affiljat.

Intervent ta': Corina Crețu.

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Standards minimi għall-minoranzi fl-UE (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-istandards minimi għall-minoranzi fl-UE [2018/2036(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: József Nagy (A8-0353/2018)

József Nagy għamel il-preżentazzjoni.

PRESIDENZA: Lívia JÁRÓKA
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andrea Bocskor, Juan Fernando López Aguilar, Notis Marias, Indrek Tarand, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andrejs Mamikins, Eleftherios Synadinos, Csaba Sógor, Ruža Tomašić, Izaskun Bilbao Barandica, Lampros Fountoulis, Stanislav Polčák, Marek Jurek, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andrejs Mamikins, Georgios Epitideios, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Csaba Sógor, Sotirios Zarianopoulos u Pirkko Ruohonen-Lerner.

Intervent ta': Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.8 tal-Minuti ta' 13.11.2018.


18. Diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar id-diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija [2018/2083(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Bogdan Brunon Wenta (A8-0338/2018)

Bogdan Brunon Wenta għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Maria Gabriela Zoană u Notis Marias.

Intervent ta': Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.9 tal-Minuti ta' 13.11.2018.


19. Għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni [2018/2081(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Vincent Peillon (A8-0327/2018)

Vincent Peillon għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Michaela Šojdrová, Alex Mayer u Notis Marias.

Intervent ta': Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.2 tal-Minuti ta' 13.11.2018.


20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Michaela Šojdrová, Juan Fernando López Aguilar, Eleni Theocharous, Jasenko Selimovic, Miroslavs Mitrofanovs, Martina Anderson, Mario Borghezio, Dobromir Sośnierz, Daniel Buda, Alex Mayer, Notis Marias, Ana Miranda, Kateřina Konečná, Gilles Lebreton, Anna Záborská, Claudia Țapardel, Jordi Solé, Xabier Benito Ziluaga, Stanislav Polčák, Wajid Khan, Josep-Maria Terricabras, Lynn Boylan, Csaba Sógor, Giuseppe Ferrandino, Maria Gabriela Zoană, Răzvan Popa, Rory Palmer u Andrejs Mamikins.


21. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 630.251/OJMA).


22. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.44.

Klaus Welle

Ioan Mircea Paşcu

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Annemans, Arnautu, Arnott, Arthuis, Assis, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balczó, Barekov, Batten, Bay, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Beňová, Berès, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Boni, Borghezio, Borrelli, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Colombier, Corbett, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Danjean, Danti, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Didier, Dlabajová, Dodds, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Elissen, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Forenza, Foster, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gehrold, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giuffrida, Gloanec Maurin, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Gräzin, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hansen, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kölmel, Konečná, Kósa, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kuhn, Kukan, Kuneva, Kuźmiuk, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lancini, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, McAllister, McClarkin, McGuinness, Macovei, Malinov, Mamikins, Mandl, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Matthews, Maullu, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Melior, Melo, Metz, Meuthen, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Miranda, Mitrofanovs, Mizzi, Mlinar, Mobarik, Moi, Molnár, Monot, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Nagtegaal, Nagy, Nekov, Neuser, Nica, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Padar, Paet, Paksas, Palmer, Panzeri, Paolucci, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Punset, Radev, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Sander, Sant, dos Santos, Saryusz-Wolski, Saudargas, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Sellström, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škrlec, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Sośnierz, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Sulík, Šulin, Svoboda, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vaughan, Vautmans, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Wałęsa, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zala, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Atkinson, Bours, Crowley, Dohrmann, Fotyga, Guoga, Händel, Łybacka, Monteiro de Aguiar, Ní Riada, Ożóg, Parker, Patriciello, Ponga, Torres Martínez

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali