Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

2. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)) (approvazzjoni)

Il-President ħabbret li rċeviet talba għal votazzjoni min-naħa tal-gruppi PPE u ECR dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat EMPL li jidħol f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD)) Rapporteur: Enrique Calvet Chambon (A8-0355/2018), imħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 12 ta' Novembru 2018 (punt 9 tal-Minuti ta' 12.11.2018).

Il-votazzjoni se ssir għada b'konformità mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-President ħabbret li ma rċeviet l-ebda talba, minn għadd ta' Membri jew grupp politiku wieħed jew aktar li jilħqu tal-anqas il-limitu medju, dwar id-deċiżjonijiet l-oħra għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 12 ta' Novembru 2018 (punt 9 tal-Minuti ta' 12.11.2018).

Il-kumitati ECON, INTA u IMCO setgħu għaldaqstant iniedu n-negozjati qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali