Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

5. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għall-bromukonażol, għall-karbossinu, għall-ossidu tal-fenbutatin, għall-fenpirażammina u għall-piridaben f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057188/03 - 2018/2901(RPS) - skadenza: 24 ta' Diċembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda I-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-buprofeżin, id-diflubenżuron, l-etossisulfuron, il-jossinil, il-molinat, il-picossistrobin u t-tepralossidim f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057191/03 - 2018/2906(RPS) - skadenza: 25 ta' Diċembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għall-bromadijolon, għall-etofenproks, għall-paklobutrażol u għall-penkonażol f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057206/03 - 2018/2912(RPS) - skadenza: 30 ta' Diċembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel fir-rigward ta' ċerti metodi, il-kriterju tas-sikurezza alimentari għal-Listeria monocytogenes fiż-żerriegħa mnibbta u l-kriterju tal-iġjene tal-proċess u l-kriterju tas-sikurezza alimentari għall-meraq tal-frott u l-ħxejjex mhux pasturizzat (lest biex jittiekel) (D057399/04 - 2018/2911(RPS) - skadenza: 27 ta' Jannar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 517/2011, (UE) Nru 200/2012 u (UE) Nru 1190/2012 fir-rigward ta' ċerti metodi ta' ttestjar u teħid tal-kampjuni għas-Salmonella fit-tjur (D057409/03 - 2018/2913(RPS) - skadenza: 30 ta' Jannar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 12 u 23 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju 3 u 11 (D057598/01 - 2018/2905(RPS) - skadenza: 24 ta' Jannar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-aċetamiprid f'ċerti prodotti (D058389/03 - 2018/2902(RPS) - skadenza: 24 ta' Diċembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għejxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2020 tal-varjabbli sekondarji fil-mira dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol regolament tal-Kummissjoni (D058393/01 - 2018/2908(RPS) - skadenza: 26 ta' Jannar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2400 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal (D058981/02 - 2018/2931(RPS) - skadenza: 9 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali