Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

6. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament (C(2018)06901 - 2018/2909(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 25 ta' Ottubru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 fir-rigward tal-irkantar ta’ 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-fond ta’ innovazzjoni u li jelenka pjattaforma tal-irkant li għandha tinħatar mill-Ġermanja (C(2018)07019 - 2018/2914(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Ottubru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (C(2018)07044 - 2018/2915(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Ottubru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)07151 - 2018/2916(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 6 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)07361 - 2018/2933(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 9 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar l-adattament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (C(2018)07375 - 2018/2934(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 9 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali