Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

12. Avviż mill-Presidenza
CRE

Il-President fakkar li fit-2 ta' Ottubru 2018, iddeċieda li jimponi sanzjoni kontra Giulia Moi, skont l-Artikolu 166 tar-Regoli ta' proċedura, b'segwitu għall-komportament tagħha fil-konfront tal-assistenti parlamentari akkreditati tagħha, li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku (punt 6 tal-Minuti ta' 2.10.2018)

Fis-16 ta' Ottubru 2018 Giulia Moi nediet proċedura ta' appell intern kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bureau, skont l-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Fil-laqgħa tiegħu tat-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018, il-Bureau eżamina dan l-appell u kkonferma d-deċiżjoni tal-President. Is-sanzjoni tikkonsisti fit-telf tad-dritt għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu 12-il jum.

Interventi ta': Giulia Moi (il-President iċċara xi punti), Jörg Meuthen dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu tal-bieraħ mal-Kanċillier tal-Ġermanja (il-President iċċara xi punti), u Bruno Gollnisch.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali