Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

14. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


14.1. Rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 - Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim (votazzjoni)

Rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 - Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim [2018/0166R(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Jan Olbrycht, Isabelle Thomas, Janusz Lewandowski u Gérard Deprez (A8-0358/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI u EMENDI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0449)


14.2. Regoli dwar għajnuna mill-Istat: kategoriji ġodda ta' għajnuna mill-Istat * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali [COM(2018)0398 - C8-0316/2018 - 2018/0222(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sander Loones (A8-0315/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0450)


14.3. L-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK [2018/2157(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Sabine Lösing (A8-0335/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0451)

Interventi

Sabine Lösing ressaq emenda orali għall-paragrafu 13. L-emenda orali ġiet aċċettata.


14.4. L-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern [COM(2017)0142 - C8-0119/2017 - 2017/0063(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Andreas Schwab (A8-0057/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI,

FTEHIM PROVIŻORJU,

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0452)


14.5. Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (riformulazzjoni) [COM(2016)0590 - C8-0379/2016 - 2016/0288(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Pilar del Castillo Vera (A8-0318/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI,

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0453)


14.6. Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika [COM(2016)0591 - C8-0382/2016- 2016/0286(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Evžen Tošenovský (A8-0305/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI,

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0454)


14.7. Standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda [COM(2018)0284 - C8-0197/2018 - 2018/0143(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Bas Eickhout (A8-0354/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0455)

Intervent ta' Bas Eickhout (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


14.8. Il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (votazzjoni)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (2018/2886(RSP))

Id-dibattitu sar fid-data 23 ta' Ottubru 2018 (punt 17 tal-Minuti ta' 23.10.2018).

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data 14 ta' Novembru 2018 (punt 4 tal-Minuti ta' 14.11.2018).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0523/2018 u B8-0524/2018

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0523/2018

Adozzjoni (P8_TA(2018)0456)

(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0524/2018 iddekadiet.)


14.9. Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia [2017/2282(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Andrejs Mamikins (A8-0320/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0457)

Interventi

Rebecca Harms ressaq emenda orali għall-paragrafu 23. L-emenda orali ġiet aċċettata.


14.10. Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova [2017/2281(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Petras Auštrevičius (A8-0322/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0458)


14.11. Viżi Umanitarji (votazzjoni)

Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Viżi Umanitarji [2017/2270(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0328/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut

Interventi

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Miguel Urbán Crespo, Juan Fernando López Aguilar (rapporteur) u Michael Cramer, dwar il-validità tal-votazzjoni u biex jitolbu li din terġa' ssir l-għada (il-President ma laqax din it-talba).

PRESIDENZA: Pavel TELIČKA
Viċi President

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali