Indiċi 
Minuti
PDF 280kWORD 76k
L-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 - BrussellVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Verifika tal-kredenzjali
 7.Talba għat-tneħħija tal-immunità
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 12.Dokumenti mressqa
 13.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 14.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 15.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 16.Ordni tal-ħidma
 17.Dibattitu mal-Prim Ministru tad-Danimarka, Lars Løkke Rasmussen, dwar il-Futur tal-Ewropa (dibattitu)
 18.Strateġija għal tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi (dibattitu)
 19.Pakkett dwar is-Suq Uniku (dibattitu)
 20.WTO: it-triq 'il quddiem (dibattitu)
 21.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 22.Rapport tal-2018 dwar is-Serbja (dibattitu)
 23.Rapport tal-2018 dwar il-Kosovo (dibattitu)
 24.Merħba
 25.Rapport tal-2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (dibattitu)
 26.Rapport tal-2018 dwar l-Albanija (dibattitu)
 27.Rapport tal-2018 dwar il-Montenegro (dibattitu)
 28.Difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE *** (dibattitu)
 29.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 30.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 31.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta il-Ħamis 15 ta' Novembru 2018 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.02.


3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha kkundanna bis-sħiħ l-atti ta' aggressjoni kontra l-bastimenti Ukreni li saru mill-forza navali Russa fil-Baħar ta' Azov, esprima t-tħassib kbir tiegħu rigward ir-rigress fis-sitwazzjoni attwali fir-reġjun, b'mod partikolari l-arrest ta' 23 suldat Ukren, u tenna li l-integrità territorjali tal-Ukrajna hija fundamentali.

Il-President talab lill-awtoritajiet Russi biex jirrispettaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt marittimu kif ukoll il-ftehim ta' kooperazzjoni mal-Ukrajna fl-2003, u biex jeħilsu lis-suldati Ukreni detenuti. Huwa jissottolinja l-impenn ta' dan il-Parlament favur soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni, kif semma matul il-laqgħa tiegħu ma' Andrij Parubij, President tal-Parlament Ukren, u fakkar fir-riżoluzzjoni dwar "Is-sitwazzjoni fil-Baħar ta' Azov" adottata mill-Parlament fil-25 ta' Ottubru 2018 (punt 13.19 tal-Minuti ta' 25.10.2018).


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

°
° ° °

Jiří Maštálka ġie skużat għas-sessjoni ta' Lulju 2018.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Pollakki kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Boguslaw Andrzej Sonik minflok Bogdan Brunon Wenta bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Novembru 2018.

L-awtoritajiet kompetenti Belġjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Ralph Packet minflok Sander Loones bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 22 ta' Novembru 2018.

L-awtoritajiet kompetenti Latvjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Kārlis Šadurskis minflok Artis Pabriks bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 28 ta' Novembru 2018.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Boguslaw Andrzej Sonik, Ralph Packet u Kārlis Šadurskis jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


6. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jiddikjara validi l-mandati ta' Innocenzo Leontini u Anders Sellström.


7. Talba għat-tneħħija tal-immunità

L-awtoritajiet Daniżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann fl-ambitu ta' proċedimenti kriminali kontrih.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Gruppi ECR, EFDD, PPE u S&D il-Parlament irratifika n-nomini li ġejjin:

Kumitat ECON: Ralph Packet

Kumitat DEVE: Bogusław Sonik

Kumitat CULT: Bogusław Sonik

Kumitat FEMM: Isabella Adinolfi minflok Jörg Meuthen

Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa: Virginie Rozière minflok Hugues Bayet

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u mal-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): Ralph Packet

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Bogusław Sonik.


9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):

- Kumitat LIBE: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD)). Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0395/2018);

- Kumitat JURI: Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD)). Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0398/2018);

- Kumitat EMPL: Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2018)0171 – C8-0130/2018 -2018/0081(COD)). Rapporteur: Laura Agea (A8-0382/2018);

- Kumitat EMPL: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol (COM(2018)0131 - C8-0118/2018 - 2018/0064(COD)). Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0391/2018);

- Kumitat ECON: Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE (COM(2018)0094 – C8-0113/2018 – 2018/0043(COD)). Rapporteur: Bernd Lucke (A8-0390/2018);

- Kumitat ECON: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ skoperturi fil-forma ta' bonds koperti (COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD)). Rapporteur: Bernd Lucke (A8-0384/2018);

- Kumitat EMPL: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera) (COM(2016)0815 - C8-0521/2016 – 2016/0397(COD)).Rapporteur: Guillaume Balas (A8-0386/2018);

- Kumitat ITRE: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (COM(2018)0231 - C8-0170/2018 – 2018/0110(COD)). Rapporteur: Fredrick Federley (A8-0394/2018);

- Kumitat PECH: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107 (COM(2018)0229 – C8-0162/2018 – 2018/0109(COD)). Rapporteur: Marco Affronte (A8-0389/2018);

- Kumitat PECH: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD)). Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0381/2018);

Kumitat IMCO: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0259 – C8-0180/2018 – 2018/0123(COD)). Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0368/2018).

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, li d-deċiżjonijiet li jitniedu negozjati jittieħed vot fuqhom.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 63/2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)07391 - 2018/2937(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi (C(2018)07495 - 2018/2946(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip (C(2018)07499 - 2018/2947(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti ta' bozoz b'discharge li fihom il-fosfri (C(2018)07505 - 2018/2949(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-berings u l-bushes li jintużaw f'ċertu tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali (C(2018)07506 - 2018/2951(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq il-ħġieġ (C(2018)07507 - 2018/2943(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE (C(2018)07508 - 2018/2952(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi (C(2018)07509 - 2018/2948(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fiċ-ċeramika dielettrika f'ċerti kapaċitaturi (C(2018)07520 - 2018/2950(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta' ċerti dijodi (C(2018)07523 - 2018/2944(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għal ċerti tubi tal-lejżer (C(2018)07525 - 2018/2945(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Novembru 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament delegat tal-Kummissjon li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill firrigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni talimpatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament (C(2018)06901 – 2018/2909(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-25 ta' Ottubru 2018 fuq talba tal-kumitat kompetenti.

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON


11. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi I, III u IV tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għal ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, u tal-inklużjoni tagħhom (D058460/04 - 2018/2956(RPS) - skadenza: 26 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni li jipprovdi derogi mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel għall-użu ta' ċerti deskrizzjonijiet ġeneriċi (D058835/02 - 2018/2940(RPS) - skadenza: 15 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-reġistrazzjoni tax-xarba spirituża "Tequila" bħala indikazzjoni ġeografika (D059011/02 - 2018/2936(RPS) - skadenza: 13 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża (D059086/01 - 2018/2954(RPS) - skadenza: 20 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni udawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0745 - C8-0483/2018 - 2018/0390(COD))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Georgia (13483/2018 - C8-0484/2018 - 2018/0813(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

JURI

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Montenegro (SWD(2018)0150 - 2018/2144(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Charles Tannock (A8-0339/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ETIAS], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntiera] u r-Regolament (UE) Nru 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0478 - C8-0294/2018 - 2017/0351(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0347/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda r-[Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac]], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0480 - C8-0293/2018 - 2017/0352(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Nuno Melo (A8-0348/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni (COM(2017)0571 - C8-0326/2017 - 2017/0245(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0356/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0397 - C8-0250/2018 - 2018/0220(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Marlene Mizzi (A8-0359/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (COM(2018)0163 - C8-0129/2018 - 2018/0076(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Eva Maydell (A8-0360/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (COM(2018)0312 - C8-0202/2018 - 2018/0158(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A8-0361/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (COM(2018)0099 - C8-0102/2018 - 2018/0047(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Caroline Nagtegaal (A8-0362/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341 (COM(2018)0354 - C8-0208/2018 - 2018/0179(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Paul Tang (A8-0363/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (COM(2018)0113 - C8-0103/2018 - 2018/0048(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Ashley Fox (A8-0364/2018)

- Rapport dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija: abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru (2018/2092(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sergei Stanishev (A8-0365/2018)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (07964/2018 - C8-0382/2018 - 2018/0091(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A8-0366/2018)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (2018/0091M(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A8-0367/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0259 - C8-0180/2018 - 2018/0123(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0368/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali (COM(2018)0719 - C8-0448/2018 - 2018/0371(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Miriam Dalli (A8-0370/2018)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (12281/2018 - C8-0434/2018 - 2018/0291(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: David Martin (A8-0376/2018)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja – EGF/2018/003 EL/Attica publishing) (COM(2018)0667 - C8-0430/2018 - 2018/2240(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0377/2018)

- Rapport dwar id-WTO: it-triq 'il quddiem (2018/2084(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteurs: Bernd Lange, Paul Rübig (A8-0379/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N8-0120/2018 - C8-0466/2018 - 2018/0905(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0380/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni) (COM(2018)0316 - C8-0210/2018 - 2018/0160(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A8-0387/2018)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: Tnaqqis ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u l-aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (13961/2018 - C8-0488/2018 - 2018/2244(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0399/2018)

- Rapport dwar rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE (2018/2117(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Wajid Khan (A8-0403/2018)


13. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsija għal tweġiba orali b'dibattitu li ġejja ddaħħlet fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura)

—   (O-000117/2018) mressqa minn Rosa Estaràs Ferragut, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità (B8-0418/2018)


14. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Mejju I, Mejju II 2018 u Lulju 2018 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.


15. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President informa li, flimkien mal-President tal-Kunsill, huwa ffirma l-atti li ġejjin adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali (00034/2018/LEX - C8-0485/2018 - 2016/0407(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (00035/2018/LEX - C8-0486/2018 - 2016/0408(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (00036/2018/LEX - C8-0487/2018 - 2016/0409(COD)).

°
° ° °

Interventi ta': Philippe Lamberts, biex jitlob lill-President jintervjeni sabiex jiddefendi l-libertà ta' espressjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew wara manifestazzjoni fl-Estonja (il-President għarraf li se jitlob aktar informazzjoni mill-awtoritajiet Estonjani), Jörg Meuthen, dwar il-kwistjoni tal-proċedura rigward ir-rapport ta' Juan Fernando López Aguilar (Ara Punt 14.11 tal-Minuti tal-14.11.2018) (il-President iċċara xi punti), Izaskun Bilbao Barandica, Pavel Svoboda dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta' "Red Wednesday" (il-President fakkar fl-impenn tiegħu għad-difiża tal-libertà tal-espressjoni reliġjuża fid-dinja), Bruno Gollnisch, u Elżbieta Katarzyna Łukacijewska dwar iċ-ċentinarju tad-dritt tal-vot għan-nisa fil-Polonja u d-drittijiet tan-nisa (il-President fakkar fl-impenn tal-Parlament favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-jum internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa).


16. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduta plenarja Novembru II 2018 (PE 631.067/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-modifiki li ġejjin:

- wara d-dibattitu dwar "Il-Futur tal-Ewropa" (punt 41 tal-Abbozz tal-Aġenda), inqalbet l-ordni taż-żewġ punti li ġejjin; għalhekk, l-ewwel punt tal-aġenda għall-17h30 huwa d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Strateġija għal tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi" (punt 46 tal-Abbozz tal-Aġenda), segwit mid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-"Pakkett dwar is-Suq Uniku" (punt 24 tal-Abbozz tal-Aġenda);

- id-dibattitu dwar ir-rapport Wajid Khan dwar id-"Difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE" (A8-0403/2018) żdied fl-aġenda qabel id-"Diskorsi ta' minuta" (punt 2 tal-Abbozz tal-Aġenda); is-sessjoni għalhekk twalet sa' nofsillejl.

Il-Ħamis

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-modifiki li ġejjin:

- minħabba nuqqas ta' ftehim qabel it-tmiem tal-perjodu ta' konċiljazzjoni, id-dibattitu dwar il-"Proċedura tal-Baġit 2019: riżultat tal-kumitat ta' konċiljazzjoni" (punt 47 tal-Abbozz tal-Aġenda) ġie pospost;

- iddaħħal dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea" bħala l-ewwel punt tal-aġenda;

- il-votazzjoni dwar ir-rapporti li ġejjin, kollha marbutin mal-proċedura baġitarja, ġiet posposta: ir-rapport Siegfried Mureşan dwar l-"Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru.6/2018: Tnaqqis ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn (riżorsi proprji)" (punt 19 tal-Abbozz tal-Aġenda), ir-rapport Daniele Viotti dwar "il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà" (punt 38 tal-Abbozz tal-Aġenda) u r-rapport Lefteris Christoforou dwar “Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2019" (punt 14 tal-Abbozz tal-Aġenda);

Barra minn hekk, żdiedu direttament mal-votazzjonijiet ir-rapport Miriam Dalli dwar l-"Impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE)2015/1523 u (UE)2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali" (A8-0370/2018) u l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-"Awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju".

Il-Parlament approva dawn il-proposti.

Talba tal-Grupp S&D biex jiżdiedu, bħala t-tieni punt fl-Aġenda ta' filgħodu, dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Preparazzjoni tal-Konferenza Intergovernattiva ta' Marrakech tal-10 u l-11 ta' Diċembru dwar il-Patt għall-Migrazzjoni Globali tan-NU".

Interventi ta': Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, u Marek Jurek, kontra din it-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (208 favur, 195 kontra, 17-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

Interventi ta': Rosa Estaràs Ferragut u Claudia Țapardel.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


17. Dibattitu mal-Prim Ministru tad-Danimarka, Lars Løkke Rasmussen, dwar il-Futur tal-Ewropa (dibattitu)

Dibattitu mal-Prim Ministru tad-Danimarka, Lars Løkke Rasmussen, dwar il-Futur tal-Ewropa (2018/2734(RSP))

Il-President għamel dikjarazzjoni qasira biex jintroduċi d-dibattitu

Interventi ta': Lars Løkke Rasmussen (il-Prim Ministru Daniż) u Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni), dan tal-aħħar ukoll dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Jeppe Kofod f'isem il-Grupp S&D, Anders Primdahl Vistisen f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dennis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, u Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat.

Intervent ta': Lars Løkke Rasmussen.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bendt Bendtsen, Maria Grapini, Hans-Olaf Henkel, Morten Petersen, Margrete Auken, Rina Ronja Kari, David Coburn, Georgios Epitideios, Christel Schaldemose, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Ramón Jáuregui Atondo, Morten Løkkegaard, Zigmantas Balčytis, Jens Rohde u Liisa Jaakonsaari.

Intervent ta': Lars Løkke Rasmussen.

Id-dibattitu ngħalaq.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President


18. Strateġija għal tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Strateġija għal tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi (2018/2941(RSP))

Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) u Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjoni.

Interventi ta' Ivo Belet f'isem il-Grupp PPE, Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Jerzy Buzek, Miriam Dalli, Evžen Tošenovský, Michèle Rivasi, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Seán Kelly, Sylvie Goddyn, Giovanni La Via, Dario Tamburrano u Francesc Gambús.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Maria Grapini, Jakop Dalunde, Xabier Benito Ziluaga, John Stuart Agnew, Dobromir Sośnierz u Florent Marcellesi.

Intervent ta': Maroš Šefčovič.

PRESIDENZA: Zdzisław KRASNODĘBSKI
Viċi President

Intervent ta': Miguel Arias Cañete.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. Pakkett dwar is-Suq Uniku (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Pakkett dwar is-Suq Uniku (2018/2903(RSP))

Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta' Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Nicola Danti f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Daniel Dalton f'isem il-Grupp ECR, Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Robert Jarosław Iwaszkiewicz f'isem il-Grupp EFDD, Dobromir Sośnierz, Membru mhux affiljat, Jiří Pospíšil u Christel Schaldemose.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Ruža Tomašić, Tibor Szanyi, Seán Kelly, Maria Grapini u Inma Rodríguez-Piñero.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: is-sessjoni parzjali li jmiss.


20. WTO: it-triq 'il quddiem (dibattitu)

Rapport dwar id-WTO: it-triq 'il quddiem [2018/2084(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteurs: Bernd Lange u Paul Rübig (A8-0379/2018)

Bernd Lange u Paul Rübig ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta' Linda McAvan (rapporteur supplenti tar-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Christofer Fjellner f'isem il-Grupp PPE, Inma Rodríguez-Piñero f'isem il-Grupp S&D, Elsi Katainen f'isem il-Grupp ALDE, Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, France Jamet f'isem il-Grupp ENF, Jarosław Wałęsa, David Martin u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ruža Tomašić, Jean-Luc Schaffhauser, João Ferreira u Bogdan Andrzej Zdrojewski.

Interventi ta' Cecilia Malmström, Bernd Lange u Paul Rübig.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.12 tal-Minuti ta' 29.11.2018.


21. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Grupp PPE, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:

Kumitat INTA: Kārlis Šadurskis

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali: Kārlis Šadurskis

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: Kārlis Šadurskis


22. Rapport tal-2018 dwar is-Serbja (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar is-Serbja [2018/2146(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A8-0331/2018)

David McAllister ippreżenta r-rapport.

Interventi ta': Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, Igor Šoltes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, u Victor Boştinaru.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Intervent ta': Jean-Luc Schaffhauser.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eduard Kukan, Ivan Jakovčić, Igor Šoltes, Fabio Massimo Castaldo, Lampros Fountoulis, Andor Deli, Georgios Epitideios, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Marijana Petir u Franc Bogovič.

Interventi ta': Johannes Hahn, Karoline Edtstadler u David McAllister.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.13 tal-Minuti ta' 29.11.2018.


23. Rapport tal-2018 dwar il-Kosovo (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Kosovo [2018/2149(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0332/2018)

Igor Šoltes ippreżenta r-rapport.

Interventi ta': Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Eduard Kukan f'isem il-Grupp PPE, Pier Antonio Panzeri f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Jasenko Selimovic f'isem il-Grupp ALDE, Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, Tonino Picula u Ryszard Czarnecki.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Dubravka Šuica, Julie Ward, Ivan Jakovčić, Jordi Solé, Fabio Massimo Castaldo u Sotirios Zarianopoulos.

Interventi ta': Johannes Hahn, Karoline Edtstadler u Igor Šoltes.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.14 tal-Minuti ta' 29.11.2018.


24. Merħba

Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, immexxija mis-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin, Andrej Zernovski, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.


25. Rapport tal-2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2018/2145(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ivo Vajgl (A8-0341/2018)

Ivo Vajgl ippreżenta r-rapport.

Interventi ta': Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sofia Sakorafa f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Knut Fleckenstein, Notis Marias, Stelios Kouloglou u Andrey Kovatchev.

PRESIDENZA: Heidi HAUTALA
Viċi President

Interventi ta': Tonino Picula u László Tőkés.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eduard Kukan, Julie Ward, Maria Grapini, Jasenko Selimovic, Lampros Fountoulis, Marijana Petir u Ivan Jakovčić.

Interventi ta': Johannes Hahn, Karoline Edtstadler u Ivo Vajgl.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.15 tal-Minuti ta' 29.11.2018.


26. Rapport tal-2018 dwar l-Albanija (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar l-Albanija [2018/2147(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Knut Fleckenstein (A8-0334/2018)

Knut Fleckenstein ippreżenta r-rapport.

Interventi ta': Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Eduard Kukan f'isem il-Grupp PPE, Eugen Freund f'isem il-Grupp S&D, Eleni Theocharous f'isem il-Grupp ECR, Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, u Doru-Claudian Frunzulică.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Costas Mavrides, Notis Marias, Kostas Chrysogonos u Lampros Fountoulis.

Interventi ta': Johannes Hahn, Karoline Edtstadler u Knut Fleckenstein.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.16 tal-Minuti ta' 29.11.2018.


27. Rapport tal-2018 dwar il-Montenegro (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Montenegro [2018/2144(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Charles Tannock (A8-0339/2018)

Charles Tannock ippreżenta r-rapport.

Interventi ta': Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Andrey Kovatchev f'isem il-Grupp PPE, Nikos Androulakis f'isem il-Grupp S&D, Jozo Radoš f'isem il-Grupp ALDE, u Peter Kouroumbashev.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eduard Kukan, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Mirosław Piotrowski.

Interventi ta': Johannes Hahn, Karoline Edtstadler u Charles Tannock.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.17 tal-Minuti ta' 29.11.2018.


28. Difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE *** (dibattitu)

Rapport dwar rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE [2018/2117(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Wajid Khan (A8-0403/2018)

Wajid Khan ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Andrea Bocskor f'isem il-Grupp PPE, Clare Moody u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE.

Interventi ta': Johannes Hahn u Wajid Khan.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.18 tal-Minuti ta' 29.11.2018.


29. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

László Tőkés, Julie Ward, Mirosław Piotrowski, Ivan Jakovčić, Liadh Ní Riada, Ivan Štefanec, Maria Grapini, Notis Marias, Csaba Sógor, John Howarth, Alex Mayer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Stanislav Polčák, Andrejs Mamikins u Maria Gabriela Zoană.


30. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 631.067/OJJE).


31. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.59.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adinolfi Isabella, Agea, Agnew, Aguilera, Aiuto, Aker, Ali, Alliot-Marie, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Beňová, Berès, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Boylan, Bresso, Briano, Buda, Bullmann, Bullock, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Ciocca, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Colombier, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Deli, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Deutsch, Dlabajová, Dodds, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Elissen, Epitideios, Erdős, Ernst, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Fajon, Farage, Federley, Ferber, Fernandes, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Fleckenstein, Foster, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gasbarra, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Girling, Giuffrida, Gloanec Maurin, Goddyn, Goerens, Gollnisch, González Pons, Grammatikakis, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Gräzin, Griesbeck, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Hansen, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Jakovčić, James, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Kadenbach, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karski, Katainen, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Kósa, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kukan, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lancini, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, McAllister, McAvan, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin, Martin, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Maullu, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer, Mayer, Mazuronis, Mélin, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Metz, Meuthen, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mitrofanovs, Mlinar, Mobarik, Moi, Moisă, Molnár, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Nagtegaal, Nagy, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Ożóg, Padar, Pagazaurtundúa, Paksas, Palmer, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis, Pargneaux, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Polčák, Ponga, Popa, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Radev, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Rivasi, Rochefort, Rodrigues, Rodrigues, Rodríguez-Piñero, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Sander, Sant, dos Santos, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schwab, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon, Simon, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonik, Sonneborn, Spinelli, Staes, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valli, Vallina, Vana, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Wałęsa, Ward, Weber, Weidenholzer, von Weizsäcker, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler, Wiśniewska, Wölken, Záborská, Zahradil, Zammit Dimech, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Andrikienė, Atkinson, Bergeron, Crowley, Dohrmann, Faria, Gomes, Guoga, Händel, Monteiro de Aguiar, Tolić, Torres Martínez, Zeller, Žitňanská

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Awwissu 2019Avviż legali