Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

5. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


5.1. L-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE [2018/2090(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Yana Toom (A8-0400/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0485)


5.2. Deċiżjoni għal dħul f'negozjati interistituzzjonali: Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 [COM(2016)0815 - C8-0521/2016- 2016/0397(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Guillaume Balas (A8-0386/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

DEĊIŻJONI GĦAL DĦUL F'NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI

Approvazzjoni

Interventi

Qabel il-votazzjoni, skont l-Artikolu 69c(2), it-tieni subparagrafu tar-Regoli ta' Proċedura, Sven Schulze li esprima ruħu kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat EMPL u Guillaume Balas (rapporteur) li esprima ruħu favur din id-deċiżjoni.


5.3. Deċiżjoni għal dħul f'negozjati interistituzzjonali: L-istabbiliment ta' Awtorità Ewropea tax-Xogħol ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol [COM(2018)0131 - C8-0118/2018 - 2018/0064(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0391/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

DEĊIŻJONI GĦAL DĦUL F'NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI

Approvazzjoni

Interventi

Qabel il-votazzjoni, skont l-Artikolu 69c(2), it-tieni subparagrafu tar-Regoli ta' Proċedura, Jeroen Lenaers (rapporteur) li esprima ruħu favur id-deċiżjoni tal-Kumitat.


5.4. Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: Impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali [COM(2018)0719 - C8-0448/2018 - 2018/0371(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Miriam Dalli (A8-0370/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0486)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


5.5. L-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 [COM(2018)0385 - C8-0249/2018 - 2018/0209(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy (A8-0397/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0487)

Intervent ta' Gerben-Jan Gerbrandy (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


5.6. Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol [COM(2017)0011 - C8-0010/2017 - 2017/0004(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Claude Rolin (A8-0142/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0488)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


5.7. It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid] [COM(2018)0179 - C8-0144/2018 - 2018/0088(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Renate Sommer (A8-0417/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0489)

Interventi ta': Renate Sommer biex titlob it-tneħħija ta' isimha mir-rapport u Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, biex titlob li l-kwistjoni ttiġi riferuta lura lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VE (360 vot favur, 244 kontra, 60 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.


5.8. Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 [COM(2016)0532 - C8-0343/2016 - 2016/0257(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Anne Sander (A8-0273/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0490)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


5.9. Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2062/94 [COM(2016)0528 - C8-0344/2016 - 2016/0254(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Czesław Hoc (A8-0274/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0491)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


5.10. Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 [COM(2016)0531 - C8-0342/2016 - 2016/0256(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Enrique Calvet Chambon (A8-0275/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0492)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Enrique Calvet Chambon (rapporteur), wara l-votazzjoni.


5.11. L-ikkomplimentar tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni [COM(2018)0397 - C8-0250/2018 - 2018/0220(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Marlene Mizzi (A8-0359/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0493)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


5.12. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura: il-limiti massimi ta' residwi għall-aċetamiprid f'ċerti prodotti (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-aċetamiprid f'ċerti prodotti (D58389/03 - 2018/2902(RPS)) (B8-0556/2018) - Membri responsabbli: Sylvie Goddyn, Michèle Rivasi, Frédérique Ries, Guillaume Balas u Younous Omarjee

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut


5.13. Viżi Umanitarji (votazzjoni)

Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Viżi Umanitarji [2018/2271(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0423/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0494)

Interventi

Juan Fernando López Aguilar (rapporteur), qabel il-votazzjoni.


5.14. Kodiċi dwar il-Viżi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) [COM(2018)0252 - C8-0114/2018 - 2018/0061(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0434/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0495)

Intervent ta' Juan Fernando López Aguilar (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


5.15. Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvista ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvisti ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu [2016/0406(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0418/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0496)


5.16. L-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija (votazzjoni)

Rapport dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija: abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru [2018/2092(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sergei Stanishev (A8-0365/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (mressqa mill-grupp ENF)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI (Kumitat LIBE)

Adozzjoni (P8_TA(2018)0497)


5.17. Mobbiltà militari (votazzjoni)

Rapport dwar il-mobbiltà militari [2018/2156(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Tunne Kelam (A8-0372/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0498)


5.18. Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura (votazzjoni)

Rapport dwar l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura [2018/2091(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Giorgos Grammatikakis (A8-0388/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0499)

Interventi

Giorgos Grammatikakis (rapporteur), qabel il-votazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali