Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

12. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


12.1. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018: Tnaqqis ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn (riżorsi proprji) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: Tnaqqis ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u l-aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) [13961/2018 - C8-0488/2018 - 2018/2244(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0399/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0500)


12.2. Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà [COM(2018)0901 - C8-0492/2018 - 2018/2274(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Daniele Viotti (A8-0455/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0501)


12.3. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2019 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2019 [COM(2018)0281 - C8-0221/2018 - 2018/2074(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Lefteris Christoforou (A8-0453/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0502)

Interventi

Lefteris Christoforou (rapporteur).


12.4. Il-Baġit Ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)


12.5. Il-Baġit Ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 [15205/2018 - C8-0499/2018- 2018/2275(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Daniele Viotti u Paul Rübig (A8-0454/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0503)

Interventi

Juliane Bogner-Strauss (President fil-kariga tal-Kunsill) biex tenfasizza l-kooperazzjoni tajba tal-istituzzjonijiet fil-proċedura baġitarja 2019 u Jean Arthuis (President tal-Kumitat BUDG).

Qabel l-iffirmar tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, il-President għamel din id-dikjarazzjoni:

"Il-pożizzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 ġiet approvata mill-Parlament mingħajr emendi. Skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-proċedura baġitarja għas-sena finanzjarja 2019 tista' għalhekk tiġi kkunsidrata bħala kompluta. Nipproklama l-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 bħala adottat b'mod definittiv."

Il-President wara ffirma l-baġit fil-preżenza ta' Jean Arthuis, kif ukoll ta' Daniele Viotti u Paul Rübig (rapporteurs għall-baġit ġenerali) u Jens Geier (viċi president tal-Kumitat BUDG).

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President


12.6. Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-Ġappun *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun [07964/2018 - C8-0382/2018- 2018/0091(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A8-0366/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0504)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.

Interventi

Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jitlob, skont l-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Proċedura, il-posponiment tal-votazzjoni dwar iż-żewġ rapporti, Pedro Silva Pereira (A8-0366/2018 u A8-0367/2018), u Pedro Silva Pereira (rapporteur), kontra t-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (favur 163, kontra 486, astensjonijiet 11) il-Parlament irrifjuta t-talba.


12.7. Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-Ġappun (riżoluzzjoni) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun [2018/0091M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A8-0367/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0505)


12.8. Ftehim ta' Sħubija Strateġika UE-Ġappun *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra [08462/2018 - C8-0417/2018 - 2018/0122(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Alojz Peterle (A8-0383/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0506)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.

Interventi

Alojz Peterle (rapporteur), wara l-votazzjoni.


12.9. Ftehim ta' Sħubija Strateġika UE-Ġappun (riżoluzzjoni) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra [2018/0122M(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Alojz Peterle (A8-0385/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0507)


12.10. Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan (adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [07067/2015 - C8-0189/2016 - 2015/0003(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Keith Taylor (A8-0371/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0508)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


12.11. L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – stabbiliment tar-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu [COM(2018)0435 - C8-0252/2018 - 2018/0224(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Dan Nica (A8-0401/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0509)

Intervent ta' Christian Ehler (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


12.12. Il-programm li jimplimenta Orizzont Ewropa ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [COM(2018)0436 - C8-0253/2018 - 2018/0225(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Christian Ehler (A8-0410/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0510)

Intervet ta' Christian Ehler (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjoni, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


12.13. Pakkett dwar is-Suq Uniku (votazzjoni)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Pakkett dwar is-Suq Uniku (2018/2903(RSP))

Id-dibattitu sar fid-data 28 ta' Novembru 2018 (punt 19 tal-Minuti ta' 28.11.2018)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0557/2018, B8-0558/2018, B8-0559/2018 u B8-0560/2018

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 4 tal-Minuti ta' 12.12.2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-0557/2018

(flok B8-0557/2018 u B8-0558/2018)

imressqa mill-Membri li ġejjin:

—   Andreas Schwab u Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, f'isem il-Grupp PPE

—   Dita Charanzová, f'isem il-Grupp ALDE.

Adozzjoni (P8_TA(2018)0511)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0559/2018 u B8-0560/2018 iddekadew.)

Interventi

Nicola Danti ressaq emenda orali għall-emenda 5, li ġiet aċċettata.

PRESIDENZA: Fabio Massimo CASTALDO
Viċi President


12.14. Il-konstatazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu (votazzjoni)

Rapport dwar il-konstatazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu [2018/2044(INI)] - . Rapporteurs: Monika Hohlmeier u Helga Stevens (A8-0374/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0512)

Interventi

Monika Hohlmeier (rapporteur) u Claude Moraes (President tal-Kumitat LIBE), qabel il-votazzjoni.


12.15. Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (votazzjoni)

Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni [2018/2097(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A8-0392/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0513)


12.16. Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni [2018/2099(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ioan Mircea Paşcu (A8-0375/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0514)


12.17. Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2017 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2017 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni [2018/2098(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Petras Auštrevičius (A8-0373/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0515)

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali