Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali

19. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


19.1. L-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Difiża ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża [COM(2018)0476 - C8-0268/2018 - 2018/0254(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski (A8-0412/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0516)

Intervent ta' Zdzisław Krasnodębski (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.

Interventi

Rainer Wieland u Fabio Massimo Castaldo.


19.2. L-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 [COM(2018)0438 - C8-0255/2018 - 2018/0228(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteurs: Henna Virkkunen, Marian-Jean Marinescu u Pavel Telička (A8-0409/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0517)

Intervent ta' Marian-Jean Marinescu (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


19.3. Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna [2017/2283(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Michael Gahler (A8-0369/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0518)

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali