Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019 - StrasburguVerżjoni finali

7. In-negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):

— Kumitat ECON: proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ir-Regolament Emendatorju (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2015/760 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (COM(2017)0536 – C8-0319/2017 – 2017/0230(COD)). Rapporteurs: Pervenche Berès u Othmar Karas (A8-0013/2019);

— Kumitat ECON: proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (COM(2017)0537 – C8-0318/2017 – 2017/0231(COD)). Rapporteurs: Pervenche Berès u Othmar Karas (A8-0012/2019);

— Kumitat ECON: proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2017)0538 – C8-0317/2017 – 2017/0232(COD)). Rapporteurs: Pervenche Berès u Othmar Karas (A8-0011/2019);

— Kumitat ITRE: proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], minħabba l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))Rapporteur: Miroslav Poche (A8-0014/2019).

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2019Avviż legali