Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 - Strasburgu

2. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
CRE

Il-President għamel dikjarazzjoni wara li lbieraħ ġie rrifjutat il-ftehim dwar il-Brexit fil-Parlament Brittaniku. Huwa tenna l-fiduċja tal-Parlament fit-tim responsabbli min-negozjati, immexxi minn Michel Barnier. Huwa insista dwar il-ħtieġa li nkunu lesti niffaċċjaw kull eventwalità, inkluża dik ta' ħruġ mingħajr ftehim. Jeħtieġ jitqiesu l-interessi taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit kif ukoll taċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fit-territorju kollu tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll titqies il-kwistjoni tal-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali