Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 - Strasburgu

7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (D059537/02 - 2019/2505(RPS) - skadenza: 9 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D059585/01 - 2019/2501(RPS) - skadenza: 8 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D059589/01 - 2019/2502(RPS) - skadenza: 8 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D059590/01 - 2019/2503(RPS) - skadenza: 8 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-klotijanidin, taċ-ċiklossidim, tal-epossikonażol, tal-flonikamid, tal-alossifop, tal-mandestrobin, tal-mepikwat, tar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u tal-proeżadjon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D059754/02 - 2019/2520(RPS) - skadenza: 15 ta' Marzu 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) (D059790/02 - 2019/2506(RPS) - skadenza: 8 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni dwar is-saħħa dwar prodotti tal-ikel u li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D059792/02 - 2019/2507(RPS) - skadenza: 8 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xaħam trans, minbarra x-xaħam trans li jinstab b’mod naturali fix-xaħam li joriġina mill-annimali (D059925/02 - 2019/2504(RPS) - skadenza: 8 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali