Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 - StrasburguVerżjoni finali

12. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


12.1. Għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2016 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0052/2019

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0015)


12.2. Riferiment għal opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim propost bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni, imressqa skont l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura minn aktar minn 76 Membru, li jitolbu l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim propost fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru1 u Nru4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra(2019/2508(RSP)) (B8-0051/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut


12.3. Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (Riżoluzzjoni) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra [2018/0256M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0478/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0017)


12.4. Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk fuq in-naħa l-oħra [10593/2018 - C8-0463/2018- 2018/0256(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0471/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0018)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.

Interventi

Tomáš Zdechovský biex jilqa' d-delegazzjoni Marokkina.


12.5. Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina f'rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO - Miżuri li jaffettwaw il-konċessjonijiet tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam [10882/2018 - C8-0496/2018- 2018/0281(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Iuliu Winkler (A8-0472/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0019)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


12.6. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) [COM(2018)0380 - C8-0231/2018- 2018/0202(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Maria Arena (A8-0445/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0020)

Interventi

Qabel il-votazzjoni: Maria Arena (rapporteur).


12.7. Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) [COM(2018)0382 - C8-0232/2018- 2018/0206(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Verónica Lope Fontagné (A8-0461/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0021)

Intervent ta' Verónica Lope Fontagné biex titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


12.8. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern [COM(2018)0374 - C8-0229/2018- 2018/0199(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Pascal Arimont (A8-0470/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0022)

Intervent ta' Pascal Arimont biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.


12.9. It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 [COM(2018)0312 - C8-0202/2018- 2018/0158(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A8-0361/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

FTEHIM PROVIŻORJU, DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI u DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0023)


12.10. Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (votazzjoni)

Rapport dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi [2018/2153(INI)] - kumitat speċjali dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi - Norbert Lins u Bart Staes (A8-0475/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0024)

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali