Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2170(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0462/2018

Testi mressqa :

A8-0462/2018

Dibattiti :

PV 30/01/2019 - 28
CRE 30/01/2019 - 28

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2019 - 9.1
CRE 31/01/2019 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0046

Minuti
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019 - BrussellVerżjoni finali

9.1. Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (votazzjoni)
CRE

Rapport dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jaffettwaw il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XIV u l-Anness II [2018/2170(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A8-0462/2018)

(Maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament meħtieġa għat-test tar-Regolament, maġġoranza sempliċi meħtieġa għall-interpretazzjonijiet u l-Proposta għal Deċiżjoni.)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Votazzjoni sigrieta dwar l-emenda 20 (it-tieni u t-tielet parti ) (
Artikolu 180a tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 u Anness 2 tal-Minuti ta' 31.1.2019)

Interventi ta', qabel il-votazzjoni, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, biex titressaq talba, skont l-Artikolu 188(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex isir riferiment lill-kumitat, u Richard Corbett (rapporteur), biex jopponi din it-talba.

B'VE (favur - 228, kontra - 402, astensjonijiet - 15), il-Parlament irrifjuta t-talba.

TEST TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA

Emendi adottati: Anness "Riżultati tal-votazzjonijiet", punt 1

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0046)

L-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss bl-eċċezzjoni tal-emendi li jdaħħlu t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3e fl-Artikolu 11 u l-punti 6 u 7 tal-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom kif ukoll l-emendi għall-Artikoli 196 u 204, li jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li se jsiru fl-2019;.

Interventi

Elmar Brok, biex jagħmel stqarrija personali, wara l-proposti ta' William (The Earl of) Dartmouth (punt 8 tal-Minuti ta' 31.1.2019).

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali