Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019 - StrasburguVerżjoni finali

9. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


9.1. Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) [2018/0267(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A8-0030/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0063)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


9.2. Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) (riżoluzzjoni) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) [2018/0267M(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A8-0034/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0064)


9.3. Talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli propost bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa f'konformità mal-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Linnéa Engström, Paloma López Bermejo, Marco Affronte, Yannick Jadot, Ian Hudghton, Ana Miranda, José Bové, Klaus Buchner, Maria Heubuch, Jakop Dalunde, Julia Reda, Ska Keller, Bodil Valero, Malin Björk, Soraya Post, Margrete Auken, Romeo Franz, Nils Torvalds, Renata Briano, Isabelle Thomas, Edouard Martin, Jean Lambert, Keith Taylor, Max Andersson, Reinhard Bütikofer, Izaskun Bilbao Barandica, Eva Joly, Jill Evans, Michèle Rivasi, Bas Eickhout, Miroslavs Mitrofanovs, Tilly Metz, Helga Trüpel, Florent Marcellesi, Barbara Lochbihler, Judith Sargentini, Bart Staes, Indrek Tarand, Ernest Urtasun, Bronis Ropė, Heidi Hautala, Philippe Lamberts, Karima Delli, Alyn Smith, Igor Šoltes, Josep-Maria Terricabras, Jordi Solé, Martin Häusling, Sven Giegold, Monika Vana, Terry Reintke, Michel Reimon, Ángela Vallina, Dennis de Jong, Anne-Marie Mineur, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Lynn Boylan, Martina Anderson, Miguel Urbán Crespo, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey, Sofia Sakorafa, Sabine Lösing, Helmut Scholz, Xabier Benito Ziluaga, Martin Schirdewan, Patrick Le Hyaric, Marie-Christine Vergiat, Marina Albiol Guzmán, Barbara Spinelli, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Marisa Matias, Martina Michels, Merja Kyllönen, Stefan Eck, Rina Ronja Kari, Neoklis Sylikiotis, Kostadinka Kuneva, Eleonora Forenza, Norbert Neuser, Tiemo Wölken, Birgit Sippel, Bernd Lange, Dietmar Köster, Babette Winter, Evelyne Gebhardt, Ulrike Rodust, Susanne Melior, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Constanze Krehl, Jens Geier, Joachim Schuster, Jude Kirton-Darling, Marita Ulvskog, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Hedh, Olle Ludvigsson, Aleksander Gabelic, Jytte Guteland, Guillaume Balas, Karoline Graswander-Hainz, Karin Kadenbach, Evelyn Regner, Josef Weidenholzer, Ana Gomes, Thomas Waitz u Michael Cramer, li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli propost bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim imsemmi (2019/2565(RSP)) (B8-0100/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut

Interventi

Florent Marcellesi, qabel il-votazzjoni.


9.4. Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Marokk *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim [2018/0349(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A8-0027/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0065)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


9.5. Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali [2018/0239(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0016/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0066)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


9.6. Protokoll tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Messiku (l-adeżjoni tal-Kroazja) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea [2017/0319(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández (A8-0066/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0067)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


9.7. Programm tal-UE kontra l-Frodi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE kontra l-Frodi [2018/0211(COD)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (A8-0064/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0068)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.8. Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 [2018/0074(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A8-0310/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

FTEHIM PROVIŻORJU u DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0069)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.9. Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I (votazzjoni)

Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili [2017/0309(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Elisabetta Gardini (A8-0180/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

FTEHIM PROVIŻORJU u DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0070)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.10. Ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma [2018/0169(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Simona Bonafè (A8-0044/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0071)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.11. L-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija [2018/0142(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Nicola Danti (A8-0318/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0072)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.12. Il-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi u għall-istatistika Ewropea ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 [2018/0231(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Nicola Danti (A8-0052/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0073)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Nicola Danti, qabel il-votazzjoni.


9.13. VAT: Sistema definittiva għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta' sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri [2018/0164(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Fulvio Martusciello (A8-0028/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0074)


9.14. Strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom (votazzjoni)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom (2019/2509(RSP))

Id-dibattitu sar fid-data 30 ta' Jannar 2019 (punt 27 tal-Minuti ta' 30.1.2019).

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Lívia Járóka u Roberta Metsola, f'isem il-Grupp PPE, Soraya Post, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer, Tanja Fajon, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Dietmar Köster u Ana Gomes, f'isem il-Grupp S&D, Branislav Škripek, f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström, Ivo Vajgl u Fredrick Federley, f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst, Patrick Le Hyaric, Merja Kyllönen, Malin Björk, Paloma López Bermejo, Sofia Sakorafa, Ángela Vallina, Barbara Spinelli, Kostadinka Kuneva u Kostas Chrysogonos, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Romeo Franz, Bodil Valero, Philippe Lamberts, Bart Staes, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Judith Sargentini, Barbara Lochbihler, Monika Vana u Sven Giegold, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (2019/2509(RSP)) (B8-0098/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0075)

Interventi

Anna Maria Corazza Bildt, biex tipproponi emenda orali għall-paragrafu 3. L-emenda kienet aċċettata


9.15. Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-Ċittadinanza tal-UE (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-Ċittadinanza tal-UE [2018/2111(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Maite Pagazaurtundúa (A8-0041/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0076)


9.16. Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-kooperazzjoni msaħħa (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-kooperazzjoni msaħħa [2018/2112(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Alain Lamassoure (A8-0038/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0077)

Intervent

Alain Lamassoure, wara l-votazzjoni biex jindika li l-adozzjoni ta' dan ir-rapport tikkonkludi s-27 sena ta' attività tiegħu fil-Parlament (Il-President ingħaqdet mal-assemblea fl-għoti ta' ġieħ spontanju lill-kelliem).


9.17. Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni [2018/2113(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Mercedes Bresso (A8-0033/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0078)


9.18. Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE [2017/2089(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Barbara Spinelli (A8-0051/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0079)


9.19. Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) (votazzjoni)

Rapport dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom [2018/2080(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Paulo Rangel (A8-0050/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0080)


9.20. Politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (votazzjoni)

Rapport dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika [2018/2088(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Ashley Fox (A8-0019/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0081)


9.21. L-użu sostenibbli tal-pestiċidi (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi [2017/2284(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Jytte Guteland (A8-0045/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0082)


9.22. Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali [2018/2108(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Ivo Belet (A8-0046/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 22)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0083)

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Awwissu 2019Avviż legali