Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019 - StrasburguVerżjoni finali

19. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President fakkar li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitati INTA u ECON li ma ssirx oġġezzjoni għall-atti delegati tħabbru fil-plenarja nhar it-Tnejn 11 ta' Frar 2019 (punt 5 tal-Minuti ta' 11.2.2019).

Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

Konsegwentement, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma meqjusa approvati u se jkunu ppubblikati fit-Testi adottati tas-seduta ta' għada l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019.

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Awwissu 2019Avviż legali