Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019 - Strasburgu

16. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Marzu 2019 (PE 636.011/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Interventi ta' Terry Reintke dwar il-parteċipazzjoni mħabbra mill-President fit-13-il Kungresss Dinji tal-Familji li se jsir f'Verona (l-Italja) bejn id-29 u l-31 ta' Marzu 2019 (il-President iċċara xi punti), Gerard Batten, Piernicola Pedicini u Sophia in 't Veld, li kkummentaw dwar is-suġġett imqajjem minn Terry Reintke (il-President ikkonferma li mhux se jipparteċipa fil-Kungress ta' Verona).

°
° ° °

It-Tnejn

Talba mill-Grupp ECR biex tiddaħħal, bħala t-tmien punt tal-aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għargħar fi Kreta. Id-dibattitu ingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.

Intervent ta': Notis Marias, f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (81 vot favur, 201 kontra, 10 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Intervent ta': Pervenche Berès biex tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hi ma setgħetx tivvota.

It-Tlieta

Talba mill-Grupp PPE biex jinbidel it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà "Reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem" (punt 123 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) għal "Il-Liġi Magnistky fi ħdan l-UE (ir-reġim ta' sanzjonijiet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem)".

Interventi ta' Cristian Dan Preda, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Judith Sargentini, kontra din it-talba.

B'VE (134 vot favur, 146 kontra, 16 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp S&D sabiex jiddaħħal, bħala s-sitt punt tal-aġenda ta' waranofsinhar, dibattitu dwar ir-rapport Morten Løkkegaard "Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi" (A8-0188/2017), inizjalment inkluż fil-votazzjoni tal-Erbgħa (punt 13 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).

Intervent ta': Olga Sehnalová, f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba.

B'VSI (262 vot favur, 29 kontra, 8 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Il-votazzjoni tibqa' inkluża fil-votazzjoni tal-Erbgħa

Talba tal-Grupp ALDE biex tiddaħħal, bħala t-tielet punt tal-aġenda, wara r-rapport ta' Kati Piri "Rapport tal-2018 dwar it-Turkija" (A8-0091/2019) (punt 16 tal-abbozz definittiv tal-aġenda), dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela.

Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.

Interventi ta' Javier Nart, f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifika t-talba, Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, li appoġġaha u Philippe Lamberts kontra din it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Ġew stabbiliti l-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 f'nofsinhar.

Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni: l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 f'nofsinhar.

Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni komuni: l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 fis-13.00.

Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 fis-19.00.

Il-Ħamis

Talba tal-Gruppi Verts/ALE u EFDD biex id-dibattitu dwar il-mistoqsija b'talba għal tweġiba orali rigward ir-"Regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura" (punt 148 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jittieħed vot dwarhom fil-perjodu ta' sessjoni li jmiss.

Interventi ta' Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba, u Dobromir Sośnierz, kontra din it-talba.

B'VE (130 vot favur, 144 kontra, 14 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Intervent ta': James Carver.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza