Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 - StrasburguVerżjoni finali

9. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


9.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier [2019/2002(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0165/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0135)


9.2. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean Marie Le Pen [2018/2247(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0167/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0136)

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Marie-Christine Arnautu u Jean-Marie Cavada.


9.3. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde [2018/2267(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0166/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0137)


9.4. Proroga tal-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sa tmiem id-disa' leġiżlatura (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni mressqa mill-Bureau skont l-Artikolu 159(4) tar-Regoli ta' Proċedura, li testendi l-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura (2019/2545(RSO)) (B8-0147/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0138)

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Ruža Tomašić.


9.5. Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija [COM(2018)0279 - C8-0191/2018 - 2018/0140(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Claudia Schmidt (A8-0060/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0139)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Qabel il-votazzjoni, David Coburn.


9.6. Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali [10861/2018 - C8-0445/2018 - 2018/0272(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0083/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0140)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


9.7. Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (riżoluzzjoni) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali [2018/0272M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0093/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0141)


9.8. Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali [10923/2018 - C8-0440/2018 - 2018/0238(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: József Nagy (A8-0070/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0142)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill.


9.9. Awtorizzazzjoni lill-Istati Membri biex isiru parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar approċċ integrat ta' sikurezza, sigurtà, u servizz f'partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218) [12527/2018 - C8-0436/2018 - 2018/0116(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0080/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0143)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill.


9.10. Protokoll li jemenda l-Ftehim KE-Ċina dwar it-Trasport Marittimu (adeżjoni tal-Kroazja) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea [05083/2015 - C8-0022/2019 - 2014/0327(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Francisco Assis (A8-0168/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0144)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


9.11. Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Eġittu (adeżjoni tal-Kroazja) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [10219/2016 - C8-0135/2017 - 2016/0121(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ramona Nicole Mănescu (A8-0025/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0145)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


9.12. Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Turkmenistan (votazzjoni)

Rapport interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra [1998/0031R(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ramona Nicole Mănescu (A8-0072/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0146)


9.13. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA * (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA [13123/2018 - C8-0474/2018 - 2018/0812(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0092/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0147)


9.14. Skambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI [COM(2016)0007 - C8-0012/2016 - 2016/0002(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0219/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0148)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.15. Sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru. 1077/2011 [COM(2017)0344 - C8-0217/2017 - 2017/0144(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0018/2018)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jinbdew negozjati interistituzzjonali saret fit-8 ta' Frar 2018 (punt 12.6 tal-Minuti ta' 8.2.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

Interventi ta' Dennis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jitlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim proviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u Daniel Dalton (rapporteur) li kien kontra din it-talba.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (129 favur, 514 kontra, 22 astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0149)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Juan Fernando López Aguilar.


9.16. L-istabbiliment tal-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropewta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 [COM(2018)0440 - C8-0264/2018 - 2018/0230(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Michaela Šojdrová (A8-0079/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0150)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.17. Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, l-"Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà" li jħassar ir-Regolament (UE) 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ("l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà") [COM(2017)0477 - C8-0310/2017 - 2017/0225(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Angelika Niebler (A8-0264/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0151)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.18. Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel [COM(2018)0173 - C8-0139/2018 - 2018/0082(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Paolo De Castro (A8-0309/2018)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jinbdew negozjati interistituzzjonali saret fil-25 ta' Ottubru 2018 (punt 13.3 tal-Minuti ta' 25.10.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

FTEHIM PROVIŻORJU, DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT u DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0152)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Paolo De Castro (rapporteur), wara l-votazzjoni.


9.19. Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej [COM(2017)0482 - C8-0308/2017 - 2017/0220(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: György Schöpflin (A8-0226/2018)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jinbdew negozjati interistituzzjonali saret fil-5 ta' Lulju 2018 (punt 6.5 tal-Minuti ta' 5.7.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)

Intervent ta': Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex titlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim proviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (146 favur, 501 kontra, 17-il astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0153)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.20. L-importazzjoni ta' beni kulturali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta’ beni kulturali [COM(2017)0375 - C8-0227/2017 - 2017/0158(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteurs: Alessia Maria Mosca u Daniel Dalton (A8-0308/2018)

Id-dibattitu sar fid-data tal-24 ta' Ottubru 2018 (punt 19 tal-Minuti ta' 24.10.2018). Il-votazzjoni saret fid-data tal-25 ta' Ottubru 2018 (punt 13.1 tal-Minuti ta' 25.10.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0154)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.21. Il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew [COM(2018)0636 - C8-0413/2018 - 2018/0336(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteurs: Mercedes Bresso u Rainer Wieland (A8-0435/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)

Intervent ta': Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, biex jitlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim proviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (65 favur, 586 kontra, 11-il astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0155)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.22. Theddidiet għas-sigurtà b'rabta mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex dawn jitnaqqsu (votazzjoni)

Id-dibattitu sar fid-data tat-13 ta' Frar 2019 (punt 27 tal-Minuti ta' 13_2.2019).

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data tat-12 ta' Marzu 2019 (punt 5 tal-Minuti ta' 12.3.2019).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0153/2019, B8-0154/2019, B8-0155/2019, B8-0159/2019, B8-0160/2019, B8-0162/2019 u B8-0164/2019

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 22)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-0154/2019

(flok B8-0154/2019, B8-0155/2019, B8-0159/2019 u B8-0160/2019):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

—   Luděk Niedermayer, f'isem il-Grupp PPE,

—   Dan Nica, f'isem il-Grupp S&D,

—   Caroline Nagtegaal, f'isem il-Grupp ALDE,

—   Reinhard Bütikofer, f'isem il-Grupp Verts/ALE.

Adozzjoni (P8_TA(2019)0156)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0153/2019, B8-0162/2019 u B8-0164/2019 iddekadew.)


9.23. L-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (votazzjoni)

Rapport dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja [2018/2158(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Sandra Kalniete (A8-0073/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 23)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp ENF)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp GUE/NGL)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI (imressqa mill-Kumitat AFET)

Adozzjoni (P8_TA(2019)0157)

Interventi

Reinhard Bütikofer ressaq emenda orali bil-għan li jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 38. L-emenda orali ġiet aċċettata.


9.24. Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti (votazzjoni)

Rapport dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti [2018/2159(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Soraya Post (A8-0075/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 24)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0158)

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali