Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 - StrasburguVerżjoni finali

18. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)

Il-President fakkar li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ECON biex ma ssirx oġġezzjoni għall-atti delegati tħabbru fis-seduta plenarja tal-bieraħ, it-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019 (punt 9 tal-Minuti tal-11_3.2019).

Matul l-iskadenza ta' 24 siegħa stabbilita mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, ma saret l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

B'riżultat ta' dan, dawn ir-rakkomandazzjonijiet tqiesu approvati u se jiġu ppubblikati fit-testi adottati tas-seduta ta' għada, l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali