Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - StrasburguVerżjoni finali

6. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (C(2019)00011 - 2019/2607(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji, l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati, ir-rekord tal-awditjar, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tal-awditjar tal-operazzjonijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet u l-Anness III (C(2019)00788 - 2019/2576(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI, EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri (C(2019)00898 - 2019/2583(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (C(2019)00904 - 2019/2579(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta' setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021-2030 (C(2019)00930 - 2019/2585(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma ta' finanzjament li mhijiex marbuta mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti (C(2019)01090 - 2019/2584(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI, EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (C(2019)01326 - 2019/2581(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, LIBE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (C(2019)01485 - 2019/2598(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-27 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (C(2019)01492 - 2019/2595(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni dwar l-għodda li tippermetti li l-applikanti jagħtu jew jirtiraw il-kunsens tagħhom għal perjodu addizzjonali ta' żamma tal-fajl tal-applikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2019)01532 - 2019/2588(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-22 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

- Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni dwar l-għodda li l-applikanti jistgħu jiċċekkjaw l-istatus tal-applikazzjonijiet tagħhom kif ukoll il-perjodu ta' validità u l-istatus tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tagħhom biha, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2019)01533 - 2019/2589(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-22 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-AnnessiVIII u IX tad-Direttiva 2012/27/UE dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet komprensivi tal-potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti (C(2019)01616 - 2019/2599(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq (C(2019)01644 - 2019/2608(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-6 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissostitwixxi l-Anness I u li jemenda l-Annessi II u VII tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (C(2019)01670 - 2019/2619(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: AFCO, PETI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tar-rekwiżiti tas-servizz ta' kont sigur skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jippermetti li l-applikanti jagħtu kull informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali mitluba (C(2019)01695 - 2019/2596(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda tat-tip approvat fi proċess b'diversi stadji (C(2019)01710 - 2019/2621(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser (C(2019)01774 - 2019/2620(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera (C(2019)01786 - 2019/2626(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-8 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (SolvibbiltàII) (C(2019)01900 - 2019/2623(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-8 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/587 biex jispeċifika r-rekwiżit għall-prezzijiet biex jirrifletti l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u biex jaġġorna u jikkoreġi ċerti dispożizzjonijiet (C(2018)08390 - 2018/2983(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Diċembru 2018

irreferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Estensjoni supplimentari tat-terminu għal oġġezzjoni: xahar supplimentari fuq talba tal-Parlament Ewropew.

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu70 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)08599 - 2018/2997(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2018

irreferut lill-kumitat responsabbli: BUDG, CONT, EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), REGI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Estensjoni tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn supplimentari fuq talba tal-Kunsill.

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu ġie modifikat minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta' miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f'ċerti pajjiżi terzi(C(2019)00646 - 2019/2554(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-31 ta' Jannar 2019 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

irreferut lill-kumitat responsabbli: ECON, LIBE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw linformazzjoni li trid tiġi pprovduta lil awtorità kompetenti f’applikazzjoni għallawtorizzazzjoni ta’ parti terza biex tivvaluta l-konformità STS (C(2019)00740 - 2019/2558(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-5 ta' Frar 2019 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

irreferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (C(2019)00904 - 2019/2579(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Frar 2019 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

irreferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Ġunju 2019Avviż legali