Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - StrasburguVerżjoni finali

7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta' żewġ gruppi funzjonali ġodda tal-addittivi tal-għalf (D054793/06 - 2019/2593(RPS) - skadenza: 26 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (D059941/02 - 2019/2578(RPS) - skadenza: 13 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (D060017/02 - 2019/2592(RPS) - skadenza: 25 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (D060021/02 - 2019/2590(RPS) - skadenza: 23 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-provvisti tal-elettriku esterni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (D060023/02 - 2019/2577(RPS) - skadenza: 13 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060277/02 - 2019/2613(RPS) - skadenza: 7 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa żgħira, medja u għolja (D060353/02 - 2019/2609(RPS) - skadenza: 6 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 579/2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar (D060408/02 - 2019/2594(RPS) - skadenza: 27 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Bulgara tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D060508/01 - 2019/2602(RPS) - skadenza: 5 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (D060575/02 - 2019/2591(RPS) - skadenza: 22 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (D060578/02 - 2019/2597(RPS) - skadenza: 27 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120) f'ċerti prodotti tal-laħam tradizzjonali fit-Territorji Franċiżi extra-Ewropej (D060619/03 - 2019/2600(RPS) - skadenza: 5 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassi funzjonali "stabilizzaturi" u l-użu tal-lattat ferruż (E 585) fuq il-faqqiegħ Albatrellus ovinus bħala ingredjent tal-ikel fil-pâtés tal-fwied Żvediżi (D060620/03 - 2019/2624(RPS) - skadenza: 9 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar l-ekodisinn għat-tagħmir tal-iwweldjar skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060644/02 - 2019/2617(RPS) - skadenza: 7 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq ċertu frott frisk (D060704/02 - 2019/2601(RPS) - skadenza: 5 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (D060705/02 - 2019/2587(RPS) - skadenza: 22 ta' April 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV (D060815/01 - 2019/2622(RPS) - skadenza: 8 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Ġunju 2019Avviż legali