Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 25 ta' Marzu 2019 - Strasburgu

8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, illum se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta' sikurezza u konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00072/2019/LEX - C8-0147/2019 - 2019/0040(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00055/2019/LEX - C8-0146/2019 - 2019/0030(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (00036/2019/LEX - C8-0145/2019 - 2019/0010(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00035/2019/LEX - C8-0144/2019 - 2019/0009(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00022/2019/LEX - C8-0143/2019 - 2018/0299(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (00067/2019/LEX - C8-0142/2019 - 2018/0436(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit (00023/2019/LEX - C8-0141/2019 - 2018/0435(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (00062/2019/LEX - C8-0140/2019 - 2019/0019(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (00014/2019/LEX - C8-0139/2019 - 2018/0336(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00013/2019/LEX - C8-0138/2019 - 2018/0298(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fit-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (00068/2019/LEX - C8-0137/2019 - 2018/0433(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (00017/2019/LEX - C8-0136/2019 - 2018/0434(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00012/2019/LEX - C8-0135/2019 - 2018/0432(COD)).

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Ġunju 2019Avviż legali