Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - StrasburguVerżjoni finali

7. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


7.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann [2018/2277(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0178/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0221)


7.2. Azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE [COM(2018)0184 - C8-0149/2018 - 2018/0089(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Geoffroy Didier (A8-0447/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0222)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.3. Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Iżrael (l-adeżjoni tal-Kroazja) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [09547/2018 - C8-0021/2019 - 2018/0080(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0164/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0223)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


7.4. Ftehim komprensiv UE-Użbekistan (votazzjoni)

Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv il-ġdid bejn l-UE u l-Użbekistan [2018/2236(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A8-0149/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI

Jitqies adottat (P8_TA(2019)0224)


7.5. Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin u li tħassar id-Direttiva 2000/84/KE [COM(2018)0639 - C8-0408/2018 - 2018/0332(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Marita Ulvskog (A8-0169/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0225)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.6. Regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni) [COM(2016)0864 - C8-0495/2016 - 2016/0380(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0044/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0226)

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0226)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.7. Is-suq intern tal-elettriku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) [COM(2016)0861 - C8-0492/2016 - 2016/0379(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0042/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0227)

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0227)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.8. Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni) [COM(2016)0863 - C8-0494/2016 - 2016/0378(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Morten Helveg Petersen (A8-0040/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0228)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.9. It-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE [COM(2016)0862 - C8-0493/2016 - 2016/0377(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Flavio Zanonato (A8-0039/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0229)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.10. It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 [COM(2018)0296 - C8-0190/2018 - 2018/0148(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Michał Boni (A8-0086/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0230)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.11. Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali [COM(2016)0593 - C8-0383/2016 - 2016/0280(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Axel Voss (A8-0245/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

Intervent ta' Evelyn Regner (b'rappreżentanza ta' għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx) biex titlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim proviżorju, f'konformità mal-Artikolu(59)(3), tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VSI (312 vot favur, 317 kontra, 24 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0231)

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0231)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Michel Reimon qabel il-votazzjoni (il-President għamel xi preċiżjonijiet).


7.12. Kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali [COM(2015)0634 - C8-0394/2015 - 2015/0287(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteurs: Evelyne Gebhardt u Axel Voss (A8-0375/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0232)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.13. Kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2017)0637 - C8-0379/2017 - 2015/0288(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Pascal Arimont (A8-0043/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0233)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.14. Sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) [COM(2018)0143 - C8-0123/2018 - 2018/0069(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0381/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0234)

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0234)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.15. L-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005 [COM(2018)0381 - C8-0244/2018 - 2018/0205(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Adina-Ioana Vălean (A8-0324/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0235)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.16. Regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta' kabini ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE fir-rigward tal-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta' kabini li jagħtu prestazzjoni ajrudinamika, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza mtejba [COM(2018)0275 - C8-0195/2018 - 2018/0130(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Karima Delli (A8-0042/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0236)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


7.17. parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (EU) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv [COM(2018)0355 - C8-0209/2018 - 2018/0180(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Neena Gill (A8-0483/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0237)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Neena Gill (rapporteur) qabel il-votazzjoni.


7.18. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern [COM(2018)0374 - C8-0229/2018 - 2018/0199(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Pascal Arimont (A8-0470/2018)

Id-dibattitu sar fid-data tal-15 ta' Jannar 2019 (punt 21 tal-Minuti ta' 15.1.2019).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tas-16 ta' Jannar 2019 (punt 12.8 tal-Minuti ta' 16.1.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0238)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Pascal Arimont (rapporteur) qabel il-votazzjoni.


7.19. Id-Drittijiet Fundamentali tal-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana (votazzjoni)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000022/2019) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Id-Drittijiet Fundamentali tal-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana (B8-0016/2019)

Id-dibattitu sar fid-data tal-14 ta' Marzu 2019 (punt 17 tal-Minuti ta' 14.3.2019).

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, dwar id-drittijiet fundamentali tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa (2018/2899(RSP)) (B8-0212/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0239)


7.20. Rapport dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (votazzjoni)

Rapport dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa [2018/2121(INI)] - Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. Rapporteurs: Jeppe Kofod u Luděk Niedermayer (A8-0170/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0240)


7.21. Ftehim Qafas Istituzzjonali UE-Żvizzera (votazzjoni)

Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera [2018/2262(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Doru-Claudian Frunzulică (A8-0147/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)

PROPOSTA GĦAL RAKKOMANDAZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0241)

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
Viċi President

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Ġunju 2019Avviż legali