Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019 - Strasburgu

3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti u minn annimali mhux ruminanti (D060709/03 - 2019/2667(RPS) - skadenza: 14 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2009/300/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 fir-rigward tal-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti, u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom (D060950/02 - 2019/2652(RPS) - skadenza: 13 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE fir-rigward tad-definizzjonijiet ta' unitajiet SI bażi (D060957/02 - 2019/2668(RPS) - skadenza: 15 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2019Avviż legali