Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019 - StrasburguVerżjoni finali

4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskjerament u l-użu operattiv ta' sistemi ta' trasport intelliġenti kooperattivi (C(2019)01789 - 2019/2651(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (C(2019)01796 - 2019/2631(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2019-2021 (C(2019)01800 - 2019/2650(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni96/60/KE (C(2019)01804 - 2019/2630(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (C(2019)01805 - 2019/2629(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta' apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 1060/2010 (C(2019)01806 - 2019/2634(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (C(2019)01807 - 2019/2633(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta' apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett (C(2019)01815 - 2019/2632(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (C(2019)01821 - 2019/2637(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/2034 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2019-2021 (C(2019)01838 - 2019/2647(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 rigward l-implimentazzjoni teknika tat-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto (C(2019)01839 - 2019/2639(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (C(2019)01841 - 2019/2642(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jinkludi l-Istat Indipendenti ta' Samoa fl-Anness I (C(2019)01844 - 2019/2643(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-inklużjoni ta' verifika tal-konformità bbażata fuq ir-riskju fl-Anness I u l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali (C(2019)01845 - 2019/2641(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni [C(2019)1841 tat-12 ta' Marzu 2019] li jissupplementa d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2019)01846 - 2019/2645(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta' punti ta' kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera (C(2019)01847 - 2019/2640(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura (C(2019)01848 - 2019/2653(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi (C(2019)01850 - 2019/2648(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward tal-importazzjoni tal-inbid li joriġina fil-Kanada u l-eżenzjoni tal-bejjiegħa bl-imnut milli jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ (C(2019)01866 - 2019/2636(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (C(2019)01869 - 2019/2635(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2019)01875 - 2019/2646(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG, CONT, EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), REGI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-proċeduri biex jiġi żgurat li dawk il-kriterji jintlaħqu (C(2019)01882 - 2019/2644(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/127 rigward ir-rekwiżiti għall-vitamina D fil-formula tat-trabi u għall-aċidu eruċiku fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment (C(2019)01883 - 2019/2662(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti billi jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu derogi temporanji għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil (C(2019)01922 - 2019/2657(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi Test ta' Taħriġ Komuni għall-istrutturi tal-iski skont l-Artikolu49b tad-Direttiva2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7ta' Settembru2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (C(2019)01935 - 2019/2665(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ċerti kunsinni ta' valur baxx (C(2019)01979 - 2019/2658(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi ċerti veżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (C(2019)01989 - 2019/2656(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar is-supplimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għall-ħatra ta' punti ta' kuntatt ċentrali fil-qasam tas-servizzi tal-ħlas u dwar il-funzjonijiet ta' dawk il-punti ta' kuntatt ċentrali (C(2019)01997 - 2019/2661(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, il-kontenut, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (C(2019)02020 - 2019/2664(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta' prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta' notifika, u li jħassar ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 (C(2019)02022 - 2019/2663(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-kittijiet ta' balavostri u tal-kittijiet ta' ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f'xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura (C(2019)02029 - 2019/2660(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ għall-blinds u għat-tined esterni (C(2019)02030 - 2019/2655(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf (C(2019)02031 - 2019/2659(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 515/2014 fir-rigward tal-allokazzjoni ta' finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni biex ikopri l-ispejjeż għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (C(2019)02032 - 2019/2638(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 fir-rigward tad-determinazzjoni ta' materja prima b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta' produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art (C(2019)02055 - 2019/2649(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE, ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-People's Bank of China mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (C(2019)02082 - 2019/2666(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' atti delegati li għalihom it-terminu ġie modifikat minn xahar 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar is-supplimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għall-ħatra ta' punti ta' kuntatt ċentrali fil-qasam tas-servizzi tal-ħlas u dwar il-funzjonijiet ta' dawk il-punti ta' kuntatt ċentrali (C(2019)01997 – 2019/2661(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Marzu 2019 fuq talba tal-kumitat kompetenti.
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta' prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta' notifika, u li jħassar ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 (C(2019)02022 – 2019/2663(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Marzu 2019 fuq talba tal-kumitat kompetenti.
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2019Avviż legali