Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 3 ta' April 2019 - BrussellVerżjoni finali

10. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' April I 2019 (PE 637.886/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, Il-President ippropona l-emendi li ġejjin:

L-Erbgħa

Ir-rapport Maria Grapini "L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana" (A8-0464/2018) (punt 38 tal-Abbozz ta' Aġenda) u r-rapport Jiří Pospíšil "L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali" (A8-0460/2018) (punt 39 tal-Abbozz ta' Aġenda) se jittieħed vot dwarhom matul il-perjodu tas-sessjoni ta' April II.

Il-Ħamis

Ir-rakkomandazzjoni Jean Arthuis "L-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni" (punt 49 tal-Abbozz ta' Aġenda), li ddaħħlet mingħajr dibattitu fil-ħin tal-votazzjonijiet, għadha ma ġietx adottata fil-Kumitat BUDG. B'konsegwenza, ġiet irtirata mill-Aġenda.

Il-Kumitat JURI adotta 3 rapporti ta' Angel Dzhambazki (A8-0185/2019, A8-0184/2019 u A8-0183/2019) dwar talbiet għat-tneħħija tal-immunità. Bi qbil mal-Artikolu 9(9) tar-Regoli ta' Proċedura, se jiddaħħlu fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Ħamis.

Il-Parlament qabel ma' dawn l-emendi.

°
° ° °

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE biex it-titolu tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni "Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina" (punt 81 tal-Abbozz ta' Aġenda) jiġi sostitwit bit-titolu "Relazzjonijiet UE-Ċina".

Intervent ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (304 vot favur, 177 kontra, 13 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Il-Ħamis

Talba ta' grupp ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx u tal-Gruppi EFDD u ECR biex titneħħa mill-aġenda l-votazzjoni dwar il-"Pakkett tal-Mobilità", inklużi r-rapporti Ismail Ertug (A8-0204/2018), Merja Kyllönen (A8-0206/2018) u Wim van de Camp (A8-0205/2018) (Punti 76, 77 u 78 tal-Abbozz ta' Aġenda).

Interventi ta' Andrey Novakov, li ġġustifikat it-talba f'isem għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, u Ismail Ertug (rapporteur), kontra din it-talba.

B'VSI (219 vot favur, 267 kontra, 17 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Minħabba t-tul ta' ħin importanti tal-ħin tal-votazzjonijiet, il-President ippropona li jressaq 'il quddiem il-bidu tad-dibattiti għat-8.30, u l-ħin tal-votazzjonijiet għall-11.00.

Il-Parlament approva l-proposta.

Il-President għarraf li, bi qbil mal-Artikolu 174(8) tar-Regoli ta' Proċedura, bosta emendi li jkollhom kontenut simili jew li jkollhom l-istess għanijiet se jittieħed vot fuqhom b'mod kollettiv.

Talba tal-Grupp EFDD biex jiddaħħal, bħala l-ewwel punt fl-aġenda, dibattitu dwar ir-rapport Sergei Stanishev "Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (A8-0047/2019), li kien iddaħħal mingħajr dibattitu fil-ħin tal-votazzjonijiet (punt 73 tal-Abbozz ta' Aġenda).

Interventi ta' Julia Reid f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifikat it-talba u Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, kontra din it-talba.

B'VSI (144 vot favur, 299 kontra, 9 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal, bħala t-tielet punt fl-aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas globali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-interferenti endokrinali. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jittieħed vot dwarhom matul il-perjodu ta' sessjoni li jmiss.

Intervent ta': Eric Andrieu f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (216 vot favur, 222 kontra, 12 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali