Indiċi 
Minuti
PDF 252kWORD 71k
L-Erbgħa, 3 ta' April 2019 - BrussellVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 5.Komunikazzjoni tal-Presidenza (skadenza għall-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba bil-miktub (Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura))
 6.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Dokumenti mressqa
 9.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 10.Ordni tal-ħidma
 11.Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (dibattitu)
 12.Dibattitu mal-Prim Ministru tal-Iżvezja, Stefan Löfven, dwar il-Futur tal-Ewropa (dibattitu)
 13.Regoli komuni għas-suq intern għall-gass naturali ***I (dibattitu)
 14.Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I (dibattitu)
 15.Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ***I (dibattitu)
 16.It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni ***I (dibattitu)
 17.Relazzjonijiet UE-Ċina (dibattitu)
 18.L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana ***I - L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali ***I (dibattitu)
 19.Il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ***I (dibattitu)
 20.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 22.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta il-Ħamis 28 ta' Marzu 2019 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 14.00.


3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President esprima t-tħassib tal-Parlament fir-rigward ta' Laura Codruţa Kövesi, kandidat tal-Parlament għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew, li tqiegħdet taħt kontroll ġudizzjarju mill-awtoritajiet Rumeni, il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019, u li, fost restrizzjonijiet oħrajn għal-libertajiet individwali tagħha, jżommha milli tħalli pajjiżha u milli tindirizza lill-Istampa. Il-President jerġa' jafferma l-appoġġ u l-fiduċja tal-Parlament f'Laura Codruţa Kövesi. Filwaqt li jfakkar fil-prinċipju tan-noninterferenza fl-azzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, huwa talab lill-awtoritajiet Rumeni biex jirrispettaw il-prinċipju tal-kooperazzjoni sinċiera bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u biex ma jostakolawx il-parteċipazzjoni ta' Laura Codruţa Kövesi fil-proċess sħiħ tal-għażla għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew.

Intervent ta': Josef Weidenholzer, li qabel mal-proposti tal- President.

°
° ° °

Interventi ta' Daniele Viotti, li ddenunzja l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt fi Brunei permezz ta' tħaġġir minħabba l-omosesswalità u raġunijiet oħrajn (Il-President ifakkar fl-oppożizzjoni soda tal-Parlament kontra l-piena tal-mewt fid-dinja kollha, tkun xi tkun ir-raġuni), u Lívia Járóka.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

°
° ° °

Jean-Marie Le Pen kienet skużata mis-seduti mid-29 ta' Mejju sal-15 ta' Novembru 2018 inkluża.


5. Komunikazzjoni tal-Presidenza (skadenza għall-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba bil-miktub (Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura))

Il-President għarraf li t-18 ta' April 2019 kienet l-iskadenza għat-tressiq tal-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba bil-miktub (Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura).


6. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

—    rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP ((C(2019)02530 - 2019/2679(DEA)) (B8-0234/2019);

—   rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2019)02533 - 2019/2680(DEA)) (B8-0235/2019).

Jekk tali rakkomandazzjonijiet ma jkunux is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx qabel l-10.00 ta' għada, jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, ikunu sottoposti għal votazzjoni.

Ir-rakkomandazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.


7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal bispyribac, denatonium benzoate, fenoxycarb, flurochloridone, quizalofop-P-ethyl, quizalofop-P-tefuryl, propaquizafop, tebufenozide f'ċerti prodotti jew fuqhom (D059757/03 - 2019/2674(RPS) - skadenza: 28 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-aminopyralid, għall-captan, għas-cyazofamid, għall-flutianil, għall-kresoxim-methyl, għal-lambda-cyhalothrin, għall-mandipropamid, għall-pyraclostrobin, għas-spiromesifen, għas-spirotetramat, għat-teflubenzuron u għat-tetraconazole f'ċerti prodotti jew fuqhom (D060905/02 - 2019/2682(RPS) - skadenza: 2 ta' Ġunju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal aclonifen, Beauveria bassiana tar-razza PPRI 5339, Clonostachys rosea tar-razza J1446, fenpyrazamine, mefentrifluconazole u penconazole f’ċerti prodotti jew fuqhom (D060911/02 - 2019/2675(RPS) - skadenza: 28 ta' Mejju 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI.


8. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f’xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15822/2018 - C8-0151/2019 - 2018/0423(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali bejn il-Eurojust u r-Renju tad-Danimarka (07770/2019 - C8-0152/2019 - 2019/0805(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (07683/2019 - C8-0153/2019 - 2019/0005(NLE))

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

AFET, BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0390 - C8-0270/2018 - 2018/0210(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0176/2019)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2019)0151 - C8-0131/2019 - 2019/0056(NLE)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Miroslavs Mitrofanovs (A8-0177/2019)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (COM(2018)0614 - C8-0396/2018 - 2018/0322(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Mirosław Piotrowski (A8-0181/2019)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis (2018/2269(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0183/2019)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos (2018/2270(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0184/2019)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios (2018/2268(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0185/2019)


9. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' ta' Diċembru 2018 (l-ewwel parti) hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


10. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' April I 2019 (PE 637.886/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, Il-President ippropona l-emendi li ġejjin:

L-Erbgħa

Ir-rapport Maria Grapini "L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana" (A8-0464/2018) (punt 38 tal-Abbozz ta' Aġenda) u r-rapport Jiří Pospíšil "L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali" (A8-0460/2018) (punt 39 tal-Abbozz ta' Aġenda) se jittieħed vot dwarhom matul il-perjodu tas-sessjoni ta' April II.

Il-Ħamis

Ir-rakkomandazzjoni Jean Arthuis "L-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni" (punt 49 tal-Abbozz ta' Aġenda), li ddaħħlet mingħajr dibattitu fil-ħin tal-votazzjonijiet, għadha ma ġietx adottata fil-Kumitat BUDG. B'konsegwenza, ġiet irtirata mill-Aġenda.

Il-Kumitat JURI adotta 3 rapporti ta' Angel Dzhambazki (A8-0185/2019, A8-0184/2019 u A8-0183/2019) dwar talbiet għat-tneħħija tal-immunità. Bi qbil mal-Artikolu 9(9) tar-Regoli ta' Proċedura, se jiddaħħlu fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Ħamis.

Il-Parlament qabel ma' dawn l-emendi.

°
° ° °

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE biex it-titolu tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni "Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina" (punt 81 tal-Abbozz ta' Aġenda) jiġi sostitwit bit-titolu "Relazzjonijiet UE-Ċina".

Intervent ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (304 vot favur, 177 kontra, 13 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Il-Ħamis

Talba ta' grupp ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx u tal-Gruppi EFDD u ECR biex titneħħa mill-aġenda l-votazzjoni dwar il-"Pakkett tal-Mobilità", inklużi r-rapporti Ismail Ertug (A8-0204/2018), Merja Kyllönen (A8-0206/2018) u Wim van de Camp (A8-0205/2018) (Punti 76, 77 u 78 tal-Abbozz ta' Aġenda).

Interventi ta' Andrey Novakov, li ġġustifikat it-talba f'isem għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, u Ismail Ertug (rapporteur), kontra din it-talba.

B'VSI (219 vot favur, 267 kontra, 17 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Minħabba t-tul ta' ħin importanti tal-ħin tal-votazzjonijiet, il-President ippropona li jressaq 'il quddiem il-bidu tad-dibattiti għat-8.30, u l-ħin tal-votazzjonijiet għall-11.00.

Il-Parlament approva l-proposta.

Il-President għarraf li, bi qbil mal-Artikolu 174(8) tar-Regoli ta' Proċedura, bosta emendi li jkollhom kontenut simili jew li jkollhom l-istess għanijiet se jittieħed vot fuqhom b'mod kollettiv.

Talba tal-Grupp EFDD biex jiddaħħal, bħala l-ewwel punt fl-aġenda, dibattitu dwar ir-rapport Sergei Stanishev "Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (A8-0047/2019), li kien iddaħħal mingħajr dibattitu fil-ħin tal-votazzjonijiet (punt 73 tal-Abbozz ta' Aġenda).

Interventi ta' Julia Reid f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifikat it-talba u Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, kontra din it-talba.

B'VSI (144 vot favur, 299 kontra, 9 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal, bħala t-tielet punt fl-aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas globali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-interferenti endokrinali. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jittieħed vot dwarhom matul il-perjodu ta' sessjoni li jmiss.

Intervent ta': Eric Andrieu f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (216 vot favur, 222 kontra, 12 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


11. Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (2019/2676(RSP))

Melania Gabriela Ciot (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Intervent ta': Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta' Roberto Gualtieri f'isem il-Grupp S&D, Jacqueline Foster f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Patrick O'Flynn f'isem il-Grupp EFDD, Gerard Batten f'isem il-Grupp ENF, Alyn Smith dwar il-proposti ta' Gerard Batten (il-President wieġbet li se tgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-President), Mike Hookem Membru mhux affiljat, Danuta Maria Hübner, Richard Corbett, Hans-Olaf Henkel, Catherine Bearder, Martina Anderson, Ian Hudghton, Paulo Rangel, Seb Dance u Julie Girling.

Interventi ta' Jean-Claude Juncker u Melania Gabriela Ciot.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit.)

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President


12. Dibattitu mal-Prim Ministru tal-Iżvezja, Stefan Löfven, dwar il-Futur tal-Ewropa (dibattitu)

Dibattitu mal-Prim Ministru tal-Iżvezja, Stefan Löfven, dwar il-Futur tal-Ewropa (2019/2672(RSP))

Il-President għamel dikjarazzjoni qasira biex jintroduċi d-dibattitu.

Intervent ta': Stefan Löfven (il-Prim Ministru tal-Iżvezja).

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Peter Lundgren f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Dennis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, u Harald Vilimsky f'isem il-Grupp ENF.

Intervent ta': Stefan Löfven.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Gunnar Hökmark, Paul Brannen, Marek Jurek, Fredrick Federley, Dimitrios Papadimoulis, Max Andersson, Jeppe Kofod, Paulo Rangel, Maria Grapini, Joachim Starbatty, Jasenko Selimovic, Ramón Jáuregui Atondo, Anders Sellström, Babette Winter, Juan Fernando López Aguilar, Ana Gomes, Doru-Claudian Frunzulică, Jude Kirton-Darling u Christofer Fjellner.

Intervent ta': Stefan Löfven.

Id-dibattitu ngħalaq.

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
Viċi President


13. Regoli komuni għas-suq intern għall-gass naturali ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali [COM(2017)0660 - C8-0394/2017 - 2017/0294(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0143/2018)

Jerzy Buzek ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Werner Langen f'isem il-Grupp PPE, Dan Nica, f'isem il-Grupp S&D, Zdzisław Krasnodębski f'isem il-Grupp ECR, Morten Petersen f'isem il-Grupp ALDE, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Werner Langen, Jonathan Bullock f'isem il-Grupp EFDD, Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF, Gunnar Hökmark, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Zdzisław Krasnodębski, Carlos Zorrinho, Jadwiga Wiśniewska, Florent Marcellesi, Dariusz Rosati, Patrizia Toia, Bronis Ropė u Maria Spyraki.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová u Seán Kelly.

Interventi ta' Miguel Arias Cañete u Jerzy Buzek.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.10 tal-Minuti ta' 4.4.2019.


14. Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2018)0390 - C8-0270/2018 - 2018/0210(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0176/2019)

Gabriel Mato ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Eider Gardiazabal Rubial (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Francesc Gambús (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Iskra Mihaylova (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Francisco José Millán Mon f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' João Ferreira, Ulrike Rodust f'isem il-Grupp S&D, Czesław Hoc f'isem il-Grupp ECR, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liadh Ní Riada, Liadh Ní Riada f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Affronte f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, u John Stuart Agnew f'isem il-Grupp ENF.

PRESIDENZA: Zdzisław KRASNODĘBSKI
Viċi President

Interventi ta' Mike Hookem Membru mhux affiljat, Norbert Erdős, Ricardo Serrão Santos, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' João Ferreira, João Ferreira, Ian Hudghton, Jacques Colombier, Cláudia Monteiro de Aguiar, Clara Aguilera, Sofia Ribeiro u Michela Giuffrida.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Izaskun Bilbao Barandica u Gesine Meissner.

Interventi ta' Violeta Bulc u Gabriel Mato.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.11 tal-Minuti ta' 4.4.2019.


15. Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran [COM(2018)0115 - C8-0104/2018 - 2018/0050(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Clara Aguilera (A8-0005/2019)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-data tas-17 ta' Jannar 2019 (punt 10.7 tal-Minuti ta' 17.1.2019).

Clara Aguilera ppreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Carlos Iturgaiz f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Marco Affronte f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD u Nicola Caputo.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jordi Solé.

Interventi ta' Violeta Bulc u Clara Aguilera.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.12 tal-Minuti ta' 4.4.2019.


16. It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu [COM(2018)0212 - C8-0153/2018 - 2018/0104(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Gérard Deprez (A8-0436/2018)

Gérard Deprez ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Angelika Mlinar (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM).

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Carlos Coelho f'isem il-Grupp PPE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp S&D, Anders Primdahl Vistisen f'isem il-Grupp ECR, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Emil Radev u Helga Stevens.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juan Fernando López Aguilar.

Interventi ta' Věra Jourová u Gérard Deprez.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.13 tal-Minuti ta' 4.4.2019.


PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

17. Relazzjonijiet UE-Ċina (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Relazzjonijiet UE-Ċina (2019/2677(RSP))

Melania Gabriela Ciot (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta' Godelieve Quisthoudt-Rowohl f'isem il-Grupp PPE, Alessia Maria Mosca f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Elsi Katainen f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, France Jamet f'isem il-Grupp ENF, Cristian Dan Preda, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, William (The Earl of) Dartmouth, Mario Borghezio, Iuliu Winkler, Nicola Danti, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tiziana Beghin, Michał Marusik, Inma Rodríguez-Piñero, Gilles Lebreton, Aleksander Gabelic u Andrejs Mamikins.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Gabriela Zoană u Kateřina Konečná.

Interventi ta' Jyrki Katainen u Melania Gabriela Ciot.

Id-dibattitu ngħalaq.


18. L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana ***I - L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali ***I (dibattitu)

Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana [COM(2018)0442 - C8-0261/2018 - 2018/0232(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Maria Grapini (A8-0464/2018)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-15 ta' Jannar 2019 (punt 8.8 tal-Minuti ta' 15.1.2019)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri [COM(2018)0474 - C8-0273/2018 - 2018/0258(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Jiří Pospíšil (A8-0460/2018)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-15 ta' Jannar 2019 (punt 8.1 tal-Minuti ta' 15.1.2019).

Maria Grapini u Jiří Pospíšil ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Ivan Štefanec (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG).

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Arndt Kohn, f'isem il-Grupp S&D, Jasenko Selimovic f'isem il-Grupp ALDE, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, u Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta' Violeta Bulc, Maria Grapini u Jiří Pospíšil.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: is-sessjoni parzjali li jmiss.


19. Il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq [COM(2018)0274 - C8-0196/2018 - 2018/0129(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0008/2019)

Daniela Aiuto ppreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Karoline Graswander-Hainz f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Matthijs van Miltenburg f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Maria Grapini.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo.

Interventi ta' Violeta Bulc u Daniela Aiuto.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.14 tal-Minuti ta' 4.4.2019.


20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Daniel Buda, Alex Mayer, Luke Ming Flanagan, Gilles Lebreton, Stanislav Polčák, Inés Ayala Sender, dwar id-dibattitu preċedenti, Andrejs Mamikins, Ana Miranda, Martina Anderson, Anna Záborská u Nicola Caputo.


21. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 637.886/OJJE).


22. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.44.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Adinolfi Isabella, Affronte, Agnew, Aguilera, Aiuto, Albiol Guzmán, Ali, Alliot-Marie, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, Bach, Balčytis, Balczó, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Benifei, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bettini, Bilbao Barandica, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Borghezio, Borrelli, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Christensen, Chrysogonos, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Colombier, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Danjean, Danti, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Didier, Dlabajová, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Durand, Dzhambazki, Ehler, Eickhout, Elissen, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Fitto, Fjellner, Flack, Flanagan, Forenza, Foster, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gehrold, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Gräzin, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guillaume, Guoga, Guteland, Gyürk, Hadjigeorgiou, Hannan, Hansen, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Jakovčić, Jalkh, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Karski, Katainen, Kaufmann, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Kósa, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lancini, Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lins, Lochbihler, Loiseau, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Marcellesi, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin, Martin, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Matthews, Maurel, Maydell, Mayer, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Meuthen, Michels, Mihaylova, Millán Mon, van Miltenburg, Miranda, Mitrofanovs, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Nagtegaal, Nekov, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Packet, Padar, Paet, Pagazaurtundúa, Paksas, Panzeri, Papadakis Kostas, Papadimoulis, Pargneaux, Paşcu, Patriciello, Pavel, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues, Rodrigues, Rodríguez-Piñero, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaldemose, Schmidt, Scholz, Schreijer-Pierik, Schulze, Schwab, Selimovic, Sellström, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Silva Pereira, Simon, Simon, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonik, Sośnierz, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Stevens, Stolojan, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Tarabella, Telička, Terricabras, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vana, Van Brempt, Vandenkendelaere, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Ward, Weber, Weidenholzer, Wieland, Wikström, Winkler, Winkler, Winter, Wiśniewska, Wölken, Záborská, Zala, Zammit Dimech, Zanonato, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bours, Crowley, Deva, Händel, Karlsson, Le Pen, Maltese, Morvai, Ponga, Tolić, Tomaševski, Torres Martínez, Żółtek

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali