Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - BrussellVerżjoni finali

6. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


6.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios [2018/2268(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0185/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0333)


6.2. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis [2018/2269(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0183/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0334)

Interventi

Lampros Fountoulis, qabel il-votazzjoni.


6.3. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos [2018/2270(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0184/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0335)


6.4. Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni [COM(2018)0745 - C8-0483/2018 - 2018/0390(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sergei Stanishev (A8-0047/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

Interventi ta' Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, biex jitlob għar-rapport dwar il-votazzjoni skont l-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Proċedura, u Iratxe García Pérez kontra din it-talba.

Permezz ta' VE (161 favur, 392 kontra, 28 astensjoni), il-Parlament irrifjuta din it-talba.

Interventi ta' Julie Girling, f'isem għadd ta' Membri li jilħaq il-limitu baxx, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u Esteban González Pons kontra din it-talba.

B'VE (230 vot favur, 354 kontra, 25 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0336)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.5. Linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi [COM(2019)0151 - C8-0131/2019 - 2019/0056(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Miroslavs Mitrofanovs (A8-0177/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0337)


6.6. Il-ġestjoni tal-iskart (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, dwar l-immaniġġjar tal-iskart (2019/2557(RSP)) (B8-0231/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0338)


6.7. Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq [COM(2017)0278 - C8-0170/2017 - 2017/0121(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0206/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data tat-3 ta' Lulju 2018 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.7.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-4 ta' Lulju 2018 (punt 9.1 tal-Minuti ta' 4.7.2018).
It-tieni dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 8 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

Interventi ta' Elżbieta Katarzyna Łukacijewska dwar l-organizzazzjoni tal-votazzjoni u Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, biex titlob għar-rapport tal-votazzjoni skont l-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VE (290 vot favur, 312 kontra, 21 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0339)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Maria Grapini dwar l-iżvolġiment tal-votazzjoni.

Qabel il-votazzjoni dwar l-emenda 261, il-President dwar il-kwistjoni ta' votazzjoni kollettiva, Marian-Jean Marinescu, Philippe Lamberts, u Richard Corbett.

Permezz ta' VE (454 favur, 144 kontra, 24 astensjoni), il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-votazzjoni kollettiva.

Dobromir Sośnierz u Marek Jurek, qabel il-votazzjoni dwar il-Blokk D.


6.8. Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan massimi ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi [COM(2017)0277 - C8-0167/2017 - 2017/0122(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0205/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data tat-3 ta' Lulju 2018 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.7.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-4 ta' Lulju 2018 (punt 9.2 tal-Minuti ta' 4.7.2018).
It-tieni dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 8 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0340)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Richard Sulík, qabel il-votazzjoni dwar il-Blokk A.


6.9. Adattament għall-iżvilupp fis-settur tat-transport bit-triq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur [COM(2017)0281 - C8-0169/2017 - 2017/0123(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Ismail Ertug (A8-0204/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data tat-3 ta' Lulju 2018 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.7.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-4 ta' Lulju 2018 (punt 9.3 tal-Minuti ta' 4.7.2018).
It-tieni dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 8 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0341)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Tomáš Zdechovský, qabel il-votazzjoni dwar il-Blokk A.


6.10. Regoli komuni għas-suq intern għall-gass naturali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali [COM(2017)0660 - C8-0394/2017 - 2017/0294(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0143/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0342)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.11. Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2018)0390 - C8-0270/2018 - 2018/0210(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0176/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0343)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.12. Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran [COM(2018)0115 - C8-0104/2018 - 2018/0050(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Clara Eugenia Aguilera García (A8-0005/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-data tas-17 ta' Jannar 2019 (punt 10.7 tal-Minuti ta' 17.1.2019).

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0344)

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0344)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Sandra Kalniete.


6.13. It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu [COM(2018)0212 - C8-0153/2018 - 2018/0104(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Gérard Deprez (A8-0436/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

Interventi ta' Cornelia Ernst, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u Gérard Deprez (rapporteur), kontra din it-talba.

B'VSI (271 vot favur, 312 kontra, 39 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0345)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.14. Il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq [COM(2018)0274 - C8-0196/2018 - 2018/0129(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0008/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0346)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.15. Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) [COM(2017)0343 - C8-0219/2017 - 2017/0143(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0278/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0347)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.16. Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE [COM(2017)0253 - C8-0137/2017 - 2017/0085(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: David Casa (A8-0270/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

Interventi ta' Tania González Peñas, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u David Casa (rapporteur), kontra din it-talba.

B'VSI (126 vot favur, 470 kontra, 18 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0348)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.17. Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri [COM(2018)0324 - C8-0178/2018 - 2018/0136(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial u Petri Sarvamaa (A8-0469/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

Id-dibattitu sar fid-data tas-16 ta' Jannar 2019 (punt 29 tal-Minuti ta' 16.1.2019).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tas-17 ta' Jannar 2019 (punt 10.8 tal-Minuti ta' 17.1.2019).

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0349)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.18. Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) [COM(2018)0382 - C8-0232/2018 - 2018/0206(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Verónica Lope Fontagné (A8-0461/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

Id-dibattitu sar fid-data tal-15 ta' Jannar 2019 (punt 20 tal-Minuti ta' 15.1.2019).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tas-16 ta' Jannar 2019 (punt 12.7 tal-Minuti ta' 16.1.2019).

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0350)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.19. Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) [COM(2018)0341 - C8-0215/2018 - 2018/0187(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Kay Swinburne (A8-0010/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tat-13 ta' Frar 2019 (punt 8.3 tal-Minuti ta' 13.2.2019).

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0351)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.20. L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni) [COM(2018)0234 - C8-0169/2018 - 2018/0111(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Neoklis Sylikiotis (A8-0438/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0352)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.21. Pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107 [COM(2018)0229 - C8-0162/2018 - 2018/0109(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Marco Affronte (A8-0389/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0353)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.22. Livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE [COM(2018)0315 - C8-0205/2018 - 2018/0162(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0007/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 22)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0354)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.23. Aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 [COM(2018)0614 - C8-0396/2018 - 2018/0322(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Mirosław Piotrowski (A8-0181/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 23)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0355)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.24. Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni [COM(2017)0571 - C8-0326/2017 - 2017/0245(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0356/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 24)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tad-29 ta' Novembru 2018 (punt 8.7 tal-Minuti ta' 29.11.2018)

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0356)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Tanja Fajon (rapporteur).


6.25. Mozzjoni għal riżoluzzjoni skont l-Artikolu 108(6) li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Claude Moraes u Vilija Blinkevičiūtė, f'isem il-Kumitat LIBE u f'isem il-Kumitat FEMM, li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-proposti għall-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika u dwar il-proċedura għal dik l-adeżjoni (2019/2678(RSP)) (B8-0232/2019)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0357)


6.26. It-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (votazzjoni)

Rapport dwar it-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew [2018/2002(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0481/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 26)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0358)

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2019Avviż legali