Indiċi 
Minuti
PDF 284kWORD 73k
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - BrussellVerżjoni finali
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew ***I (dibattitu)
 3.Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw ***I (dibattitu)
 4.Tkomplija tas-seduta
 5.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
 6.Ħin tal-votazzjonijiet
  6.1.Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios (votazzjoni)
  6.2.Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis (votazzjoni)
  6.3.Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos (votazzjoni)
  6.4.Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I (votazzjoni)
  6.5.Linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi * (votazzjoni)
  6.6.Il-ġestjoni tal-iskart (votazzjoni)
  6.7.Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I (votazzjoni)
  6.8.Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I (votazzjoni)
  6.9.Adattament għall-iżvilupp fis-settur tat-transport bit-triq ***I (votazzjoni)
  6.10.Regoli komuni għas-suq intern għall-gass naturali ***I (votazzjoni)
  6.11.Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I (votazzjoni)
  6.12.Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ***I (votazzjoni)
  6.13.It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni ***I (votazzjoni)
  6.14.Il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ***I (votazzjoni)
  6.15.Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew ***I (votazzjoni)
  6.16.Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw ***I (votazzjoni)
  6.17.Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I (votazzjoni)
  6.18.Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I (votazzjoni)
  6.19.Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I (votazzjoni)
  6.20.L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku ***I (votazzjoni)
  6.21.Pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran ***I (votazzjoni)
  6.22.Livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara ***I (votazzjoni)
  6.23.Aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I (votazzjoni)
  6.24.Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I (votazzjoni)
  6.25.Mozzjoni għal riżoluzzjoni skont l-Artikolu 108(6) li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (votazzjoni)
  6.26.It-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (votazzjoni)
 7.Spjegazzjonijiet tal-vot
 8.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 9.Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
 10.Dokumenti mressqa
 11.Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati
 12.Kalendarju tas-seduti li jmiss
 13.Għeluq tas-seduta
 14.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 08.30.


2. Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) [COM(2017)0343 - C8-0219/2017 - 2017/0143(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0278/2018)

Sophia in 't Veld ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Heinz K. Becker, (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Birgit Collin-Langen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Brian Hayes f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Sven Giegold, Liisa Jaakonsaari f'isem il-Grupp S&D, Bernd Lucke f'isem il-Grupp ECR, Enrique Calvet Chambon f'isem il-Grupp ALDE, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Jiří Pospíšil, Maria Arena, Jasenko Selimovic, Paloma López Bermejo, Sven Giegold, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Arena, Eleftherios Synadinos, Brando Benifei, Caroline Nagtegaal, Miguel Urbán Crespo, Ana Miranda u Paul Tang.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': António Marinho e Pinto, Kostadinka Kuneva u Maria Lidia Senra Rodríguez.

Interventi ta' Jyrki Katainen u Sophia in 't Veld.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.15 tal-Minuti ta' 4.4.2019.


3. Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE [COM(2017)0253 - C8-0137/2017 - 2017/0085(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: David Casa (A8-0270/2018)

David Casa ppreżenta r-rapport.

Intervent ta': Agnieszka Kozłowska-Rajewicz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM).

Intervent ta': Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Elisabeth Morin-Chartier f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Tania González Peñas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Sofia Ribeiro, Vilija Blinkevičiūtė, Czesław Hoc u Enrique Calvet Chambon.

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta' Kostadinka Kuneva, Miroslavs Mitrofanovs, Angelo Ciocca, Michaela Šojdrová, Agnes Jongerius, Anders Primdahl Vistisen, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Anne Sander, Marita Ulvskog, Helga Stevens, Barbara Matera, Elena Gentile, Jadwiga Wiśniewska, Michael Detjen u Siôn Simon.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Caterina Chinnici, Jordi Solé, Ana Miranda u Nicola Caputo.

Interventi ta' Marianne Thyssen u David Casa.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.16 tal-Minuti ta' 4.4.2019.

(Is-seduta ġiet sospiża fl-10.34 sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).


PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

4. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 11.00.


5. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)

Il-President ħabbar l-avviżi li ġejjin:

—   ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP ((C(2019)02530 - 2019/2679(DEA)) (B8-0234/2019) tħabbret fil-plenarja tal-lbieraħ, l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 (punt 6 tal-Minuti ta' 3.4.2019);

—   ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2019)02533 - 2019/2680(DEA)) (B8-0235/2019) tħabbret fil-plenarja tal-lbieraħ, l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 (punt 6 tal-Minuti ta' 3.4.2019).

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet qabel l-iskadenza stabbilita.

Għaldaqstant, dawn ir-rakkomandazzjonijiet tqiesu bħala approvati u se jiġu ppubblikati fit-testi adottati tas-seduta tal-lum.


6. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


6.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios [2018/2268(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0185/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0333)


6.2. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis [2018/2269(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0183/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0334)

Interventi

Lampros Fountoulis, qabel il-votazzjoni.


6.3. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos [2018/2270(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0184/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0335)


6.4. Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni [COM(2018)0745 - C8-0483/2018 - 2018/0390(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sergei Stanishev (A8-0047/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

Interventi ta' Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, biex jitlob għar-rapport dwar il-votazzjoni skont l-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Proċedura, u Iratxe García Pérez kontra din it-talba.

Permezz ta' VE (161 favur, 392 kontra, 28 astensjoni), il-Parlament irrifjuta din it-talba.

Interventi ta' Julie Girling, f'isem għadd ta' Membri li jilħaq il-limitu baxx, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u Esteban González Pons kontra din it-talba.

B'VE (230 vot favur, 354 kontra, 25 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0336)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.5. Linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi [COM(2019)0151 - C8-0131/2019 - 2019/0056(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Miroslavs Mitrofanovs (A8-0177/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0337)


6.6. Il-ġestjoni tal-iskart (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, dwar l-immaniġġjar tal-iskart (2019/2557(RSP)) (B8-0231/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0338)


6.7. Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq [COM(2017)0278 - C8-0170/2017 - 2017/0121(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0206/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data tat-3 ta' Lulju 2018 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.7.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-4 ta' Lulju 2018 (punt 9.1 tal-Minuti ta' 4.7.2018).
It-tieni dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 8 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

Interventi ta' Elżbieta Katarzyna Łukacijewska dwar l-organizzazzjoni tal-votazzjoni u Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, biex titlob għar-rapport tal-votazzjoni skont l-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VE (290 vot favur, 312 kontra, 21 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0339)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Maria Grapini dwar l-iżvolġiment tal-votazzjoni.

Qabel il-votazzjoni dwar l-emenda 261, il-President dwar il-kwistjoni ta' votazzjoni kollettiva, Marian-Jean Marinescu, Philippe Lamberts, u Richard Corbett.

Permezz ta' VE (454 favur, 144 kontra, 24 astensjoni), il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-votazzjoni kollettiva.

Dobromir Sośnierz u Marek Jurek, qabel il-votazzjoni dwar il-Blokk D.


6.8. Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan massimi ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi [COM(2017)0277 - C8-0167/2017 - 2017/0122(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0205/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data tat-3 ta' Lulju 2018 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.7.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-4 ta' Lulju 2018 (punt 9.2 tal-Minuti ta' 4.7.2018).
It-tieni dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 8 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0340)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Richard Sulík, qabel il-votazzjoni dwar il-Blokk A.


6.9. Adattament għall-iżvilupp fis-settur tat-transport bit-triq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur [COM(2017)0281 - C8-0169/2017 - 2017/0123(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Ismail Ertug (A8-0204/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data tat-3 ta' Lulju 2018 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.7.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-4 ta' Lulju 2018 (punt 9.3 tal-Minuti ta' 4.7.2018).
It-tieni dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 8 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0341)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Tomáš Zdechovský, qabel il-votazzjoni dwar il-Blokk A.


6.10. Regoli komuni għas-suq intern għall-gass naturali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali [COM(2017)0660 - C8-0394/2017 - 2017/0294(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0143/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0342)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.11. Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2018)0390 - C8-0270/2018 - 2018/0210(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0176/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0343)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.12. Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran [COM(2018)0115 - C8-0104/2018 - 2018/0050(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Clara Eugenia Aguilera García (A8-0005/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-data tas-17 ta' Jannar 2019 (punt 10.7 tal-Minuti ta' 17.1.2019).

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0344)

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0344)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Sandra Kalniete.


6.13. It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu [COM(2018)0212 - C8-0153/2018 - 2018/0104(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Gérard Deprez (A8-0436/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

Interventi ta' Cornelia Ernst, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u Gérard Deprez (rapporteur), kontra din it-talba.

B'VSI (271 vot favur, 312 kontra, 39 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0345)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.14. Il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq [COM(2018)0274 - C8-0196/2018 - 2018/0129(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0008/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0346)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.15. Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) [COM(2017)0343 - C8-0219/2017 - 2017/0143(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0278/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0347)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.16. Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE [COM(2017)0253 - C8-0137/2017 - 2017/0085(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: David Casa (A8-0270/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

Interventi ta' Tania González Peñas, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u David Casa (rapporteur), kontra din it-talba.

B'VSI (126 vot favur, 470 kontra, 18 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0348)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.17. Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri [COM(2018)0324 - C8-0178/2018 - 2018/0136(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial u Petri Sarvamaa (A8-0469/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

Id-dibattitu sar fid-data tas-16 ta' Jannar 2019 (punt 29 tal-Minuti ta' 16.1.2019).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tas-17 ta' Jannar 2019 (punt 10.8 tal-Minuti ta' 17.1.2019).

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0349)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.18. Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) [COM(2018)0382 - C8-0232/2018 - 2018/0206(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Verónica Lope Fontagné (A8-0461/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

Id-dibattitu sar fid-data tal-15 ta' Jannar 2019 (punt 20 tal-Minuti ta' 15.1.2019).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tas-16 ta' Jannar 2019 (punt 12.7 tal-Minuti ta' 16.1.2019).

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0350)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.19. Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) [COM(2018)0341 - C8-0215/2018 - 2018/0187(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Kay Swinburne (A8-0010/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tat-13 ta' Frar 2019 (punt 8.3 tal-Minuti ta' 13.2.2019).

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0351)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.20. L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni) [COM(2018)0234 - C8-0169/2018 - 2018/0111(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Neoklis Sylikiotis (A8-0438/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0352)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.21. Pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107 [COM(2018)0229 - C8-0162/2018 - 2018/0109(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Marco Affronte (A8-0389/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0353)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.22. Livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE [COM(2018)0315 - C8-0205/2018 - 2018/0162(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0007/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 22)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0354)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.23. Aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 [COM(2018)0614 - C8-0396/2018 - 2018/0322(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Mirosław Piotrowski (A8-0181/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 23)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0355)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


6.24. Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni [COM(2017)0571 - C8-0326/2017 - 2017/0245(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0356/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 24)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tad-29 ta' Novembru 2018 (punt 8.7 tal-Minuti ta' 29.11.2018)

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0356)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Tanja Fajon (rapporteur).


6.25. Mozzjoni għal riżoluzzjoni skont l-Artikolu 108(6) li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Claude Moraes u Vilija Blinkevičiūtė, f'isem il-Kumitat LIBE u f'isem il-Kumitat FEMM, li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-proposti għall-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika u dwar il-proċedura għal dik l-adeżjoni (2019/2678(RSP)) (B8-0232/2019)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0357)


6.26. It-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (votazzjoni)

Rapport dwar it-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew [2018/2002(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0481/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 26)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0358)


7. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.

Spjegazzjonijiet tal-vot orali:

Rapport Merja Kyllönen - A8-0206/2018
Angel Dzhambazki, Michaela Šojdrová, Andrejs Mamikins u Daniel Hannan

Rapport Wim van de Camp - A8-0205/2018
Angel Dzhambazki, Michaela Šojdrová, Andrejs Mamikins u Stanislav Polčák

Rapport Ismail Ertug - A8-0204/2018
Angel Dzhambazki, Michaela Šojdrová, Rupert Matthews u Stanislav Polčák

Rapport Jerzy Buzek - A8-0143/2018
Andrejs Mamikins, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák u Seán Kelly

Rapport Gabriel Mato - A8-0176/2019
Dobromir Sośnierz u Seán Kelly

Rapport Gérard Deprez - A8-0436/2018
Bogdan Andrzej Zdrojewski, Jiří Pospíšil u Seán Kelly

Rapport Daniela Aiuto - A8-0008/2019
Rupert Matthews u Alex Mayer

Rapport Sophia in 't Veld - A8-0278/2018
Xabier Benito Ziluaga, Bogdan Andrzej Zdrojewski u Jiří Pospíšil

Rapport Merja Kyllönen - A8-0206/2018
Danuta Jazłowiecka.


8. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit tal-internet tal-Parlament, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet).

Il-verżjoni elettronika tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


9. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti

Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 53 tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitat JURI

- L-adattament ta' għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - parti II (COM(2016)0799 - C8-0148/2019 - 2016/0400B(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI
opinjoni: ECON, ENVI, TRAN, AGRI, JURI (Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura)

- L-adattament ta' għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE - parti I (COM(2016)0799 - C8-0524/2016 - 2016/0400A(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI
opinjoni: DEVE, INTA, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, IMCO, TRAN, REGI, AGRI, PECH, CULT, FEMM, JURI (Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura)


10. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn instituzzjonijiet oħrajn

- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Irlanda (07290/2019 - C8-0154/2019 - 2019/0806(CNS))

irriferut

responsabbli :

LIBE

2) mill-Membri,

- Piernicola Pedicini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri fit-72 laqgħa plenarja tad-WHO għal riżoluzzjoni bit-titolu "It-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini u teknoloġiji oħra relatati mas-saħħa" (B8-0211/2019)

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-appoġġ għas-settur Taljan tat-tjur (B8-0213/2019)

irriferut

responsabbli :

AGRI


11. Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati

Skont l-Artikolu 192(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja u l-minuti tas-seduta tal-bieraħ se jkunu sottoposti għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tas-seduta li jmiss.

Bil-qbil tal-Parlament, it-testi adottati waqt is-sessjoni li għaddejja se jitressqu issa quddiem id-destinatarji tagħhom.


12. Kalendarju tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 15 ta' April 2019 sad-data 18 ta' April 2019.


13. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 12.53.


14. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Adinolfi, Affronte, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Barekov, Bashir, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Benifei, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Boylan, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Bullock, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Colombier, Comi, Corazza Bildt, Cornillet, Corrao, Costa, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Deutsch, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Didier, Dlabajová, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Durand, Dzhambazki, Eickhout, Elissen, Engel, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Fisas Ayxelà, Fitto, Flack, Flanagan, Florenz, Forenza, Foster, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gehrold, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Gloanec Maurin, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Gräzin, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Guillaume, Guoga, Guteland, Gyürk, Hadjigeorgiou, Händel, Hannan, Hansen, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hölvényi, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Jakovčić, Jalkh, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Karlsson, Karski, Katainen, Kaufmann, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kohn, Kölmel, Konečná, Kósa, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lancini, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Loskutovs, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Marcellesi, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Matthews, Maurel, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Messerschmidt, Metsola, Metz, Meuthen, Michels, Mihaylova, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Miranda, Mitrofanovs, Mizzi, Mlinar, Mobarik, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Muselier, Nagtegaal, Nart, Nekov, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Packet, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Paşcu, Patriciello, Pavel, Payne, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Šadurskis, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schmidt, Scholz, Schreijer-Pierik, Schulze, Schwab, Scott Cato, Selimovic, Sellström, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonik, Sonneborn, Sośnierz, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Stevens, Stolojan, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Tarabella, Tarand, Taylor, Terricabras, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Trüpel, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Weber Renate, Weidenholzer, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winter, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zala, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bours, Crowley, Deva, Le Pen, Maltese, Morvai, Mussolini, Ponga, Tolić, Tomaševski, Torres Martínez, Żółtek

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2019Avviż legali