Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 15 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Ivari Padar ġie elett deputat fil-parlament nazzjonali tal-Estonja, b'seħħ mill-4 ta' April 2019.

Il-Parlament ħa nota li, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, din il-funzjoni hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u f'konformità mal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlement stabbilixxa li l-post tiegħu kien vakanti b'seħħ mill-4 ta' April 2019.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Estonjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Hannes Hanso minflok Ivari Padar bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 4 ta' April 2019.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali