Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 15 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

7. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlement, f'konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura, bl-interpretazzjonijiet tar-regoli li ġejjin, mogħtija mill-Kumitat AFCO:

Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(5):

"L-istqarrija politika ta' grupp għandha tistabbilixxi l-valuri li jirrappreżentaw lil dak il-grupp u l-għanijiet politiċi prinċipali li l-membri tiegħu għandhom l-intenzjoni li flimkien isegwu fil-qafas tal-eżerċizzju tal-mandat tagħhom. L-istqarrija għandha tiddeskrivi l-orjentazzjoni politika komuni tal-grupp b'mod sustanzjali, distintiv u ġenwin."

Interpretazzjoni tal-Artikolu 149(a)(2):

"L-abbozzar jew l-emenda tat-titolu ta' riżoluzzjoni sottomessa sabiex tikkonkludi dibattitu abbażi tal-Artikoli 123, 128 jew 135 ma jikkostitwixxux modifika għall-aġenda, dment li t-titolu jibqa' fi ħdan l-iskop tas-suġġett li qed jiġi diskuss."

Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni għal dawn l-interpretazzjonijiet min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, f'konformità mal-Artikolu 226(4) tar-Regoli ta' Proċedura, sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li jkunu tħabbru, dawn jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, dawn jitressqu għal votazzjoni tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali